Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946
Date Icon 17/11/2026

Il-Ministru Byron Camilleri jattendi ċerimonja tal-gradwazzjoni li matulha 168 student kisbu l-kwalifiki tagħhom, fosthom 20 mill-Istitut għall-Istudji Ewropej u 148 mill-Fakultà tal-Liġi

 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, attenda ċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Università ta’ Malta, li matulha studenti mill-Istitut għall-Istudji Ewropej u  mill-Fakultà tal-Liġi ċċelebraw il-kisbiet akkademiċi tagħhom wara snin ta’ studju, impenn u dedikazzjoni.

 

Din iċ-ċerimonja mmarkat pass importanti fil-vjaġġ ta’ dawn il-gradwati, li issa jinsabu quddiem opportunitajiet ġodda biex ikomplu jiżviluppaw il-karriera tagħhom u jagħtu kontribut lis-soċjetà.

 

Il-Ministru Byron Camilleri feraħ lill-gradwati għall-kisbiet tagħhom u sostna li l-edukazzjoni għandha rwol fundamentali mhux biss fl-iżvilupp personali u professjonali tal-individwu, iżda wkoll fil-progress ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.

 

“Fil-ħajja hemm ċerti mumenti li tibqa’ tiftakarhom għal dejjem, u l-jum tal-gradwazzjoni huwa wieħed minnhom. Huwa l-mument meta tara snin ta’ ħidma, sagrifiċċji u determinazzjoni jinbidlu f’suċċess. L-Università ta’ Malta qed tagħmel ħidma importanti biex tħejji lill-istudenti tagħna għall-futur, u aħna bħala Gvern qed nagħtuhom l-akbar appoġġ possibbli. Hekk għamilna matul dawn l-aħħar snin u hekk se nkomplu nagħmlu, għaliex nemmnu fil-potenzjal tagħhom u rridu li kull żagħżugħ u żagħżugħa f’Malta u Għawdex ikollhom l-opportunità li jkomplu jistudjaw, jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom,” qal il-Ministru Camilleri.

 

Huwa saħaq li l-kisba ta’ kwalifika akkademika mhijiex it-tmiem tal-proċess edukattiv, iżda pedament għal aktar tagħlim, esperjenzi u opportunitajiet. F’dinja li qed tinbidel kontinwament, il-ħila li wieħed ikompli jitgħallem u jiżviluppa kompetenzi ġodda hija essenzjali biex jilqa’ għall-isfidi tal-lum u ta’ għada.

 

Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni kienet għall-gradwati li temmew b’suċċess korsijiet offruti mill-Istitut għall-Istudji Ewropej, u mill-Fakultà tal-Liġi, fosthom il-Baċellerat fl-Istudji Ewropej u l-Baċellerat fl-Istudji Ewropej bl-Unuri u il-Baċellerat fil-Liġi bl-Unuri, id-Diploma fil-Liġijiet tal-Proċedura.

 

Matul iċ-ċerimonja, il-Professur Ruben Paul Borg mill-Fakultà għall-Ambjent Mibni għamel id-diskors ewlieni bit-tema Bil-Qatra l-Qatra – The Extraordinary Power of Ordinary Things. Fid-diskors tiegħu, huwa enfasizza kif il-kisbiet importanti fil-ħajja jinbnew permezz tal-perseveranza, id-dixxiplina u l-impenn kontinwu, filwaqt li ħeġġeġ lill-gradwati biex jibqgħu jfittxu l-eċċellenza u jużaw l-għarfien tagħhom għall-ġid tas-soċjetà.

 

Iċ-ċerimonja inkludiet l-għoti tad-diplomi u l-lawrji, kif ukoll l-affermazzjoni solenni tal-gradwati, li permezz tagħha impenjaw ruħhom li jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tagħhom b’integrità u għall-ġid komuni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow