Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru Clint Camilleri preżenti għall-ftuħ ta’ Taormina Food Expo 2026 u għall-iffirmar ta’ MoU bejn Għawdex u Sqallija

PR261916
Date Icon 13/11/2026

Il-ftehim għandu joħloq opportunitajiet ġodda għall-bdiewa, is-sajjieda u n-negozji Għawdxin sabiex jilħqu swieq ġodda u jsaħħu l-prodotti lokali

 

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri attenda għall-ftuħ uffiċjali tat-Taormina Food Expo 2026, fejn indirizza lil dawk preżenti, kif ukoll ippresjeda l-iffirmar ta’ ftehim bejn is-CNA Sicilia u l-Gozo Confederation for Agriculture and Fisheries (GCAF). Dan il-ftehim jirrappreżenta pass importanti fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali u istituzzjonali bejn Għawdex u Sqallija, u se jiffaċilita opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni, il-promozzjoni tal-prodotti Għawdxin u kollaborazzjonijiet bejn negozji miż-żewġ gżejjer.

 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Għawdex u Sqallija għandhom ħafna x’joffru lil xulxin, kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti, it-tradizzjonijiet u l-għarfien tagħna, kif ukoll fl-esperjenza kummerċjali. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni nistgħu niftħu bibien ġodda għall-bdiewa, is-sajjieda u l-produtturi Għawdxin, niffaċilitaw l-esportazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti tagħna u anke niżviluppaw marki Mediterranji konġunti li jkunu jistgħu jikkompetu f’swieq internazzjonali. Irridu niżguraw li l-produtturi tagħna jkollhom l-opportunitajiet kollha biex jikbru u jkomplu juru l-kwalità u l-identità tal-prodotti Għawdxin lil hinn minn xtutna. Dan il-ftehim huwa pass konkret f’din id-direzzjoni u nittama li jkun il-bidu ta’ kollaborazzjoni dejjiema li minnha jibbenefikaw iż-żewġ gżejjer.”

 

It-Taormina Food Expo 2026, li qed tittella’ bejn it-12 u l-15 ta’ Novembru, qed tlaqqa’ 82 negozju u organizzazzjoni u toffri opportunitajiet għal kuntatti kummerċjali ma’ xerrejja u delegazzjonijiet internazzjonali.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lis-CNA Sicilia u lill-Gozo Confederation for Agriculture and Fisheries għall-impenn tagħhom, filwaqt li sostna li l-bdiewa, is-sajjieda u l-produtturi Għawdxin għandhom jingħataw kull opportunità biex jikbru, jilħqu swieq ġodda u jippromwovu l-kwalità tal-prodotti tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru Clint Camilleri preżenti għall-ftuħ ta’ Taormina Food Expo 2026 u għall-iffirmar ta’ MoU bejn Għawdex u Sqallija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru Clint Camilleri preżenti għall-ftuħ ta’ Taormina Food Expo 2026 u għall-iffirmar ta’ MoU bejn Għawdex u Sqallija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow