Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Id-diżinformazzjoni u l-isterjotipi tal-ġeneru fiċ-ċentru ta’ dokumentarju ġdid dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru

PR261875
Date Icon 07/11/2026

Dokumentarju li jesplora l-impatt tad-diżinformazzjoni, il-preġudizzji u l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru ġie mniedi sabiex jintuża bħala riżorsa edukattiva fl-iskejjel, fost iż-żgħażagħ u fi ħdan organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-għan li jkompli jsaħħaħ l-għarfien dwar l-ugwaljanza, ir-rispett u l-prevenzjoni tal-vjolenza.

Id-dokumentarju Inventing the Enemy: Gender, Fear, and Disinformation, żviluppat minn LGBTIQ+ Gozo bl-appoġġ tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika permezz tal-programm ta’ finanzjament Together We Empower, jitfa’ dawl fuq kif narrattivi bbażati fuq il-biża’ u d-diżinformazzjoni jistgħu jsaħħu l-istigma, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fis-soċjetà.

Waqt il-wiri tad-dokumentarju, il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, Rosianne Cutajar, saħqet li l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru trid tibda mill-għeruq tagħha, billi jiġu sfidati l-isterjotipi u l-preġudizzji li jinfluwenzaw l-attitudnijiet u l-imġiba fis-soċjetà. “Il-ħidma tagħna ma tistax tieqaf biss fil-ġlieda kontra l-vjolenza meta din tkun diġà seħħet. Irridu naħdmu wkoll fuq il-prevenzjoni, billi nindirizzaw il-preġudizzji u l-isterjotipi li jistgħu jwasslu għad-diskriminazzjoni u l-vjolenza. Ir-rispett, id-dinjità u l-ugwaljanza għandhom ikunu l-pedament ta’ soċjetà fejn kulħadd iħossu sigur u aċċettat,” saħqet il-Ministru.

Il-Ministru rringrazzjat lil LGBTIQ+ Gozo għall-ħidma fuq dan il-proġett, kif ukoll lill-parteċipanti li qasmu l-esperjenzi personali tagħhom, filwaqt li enfasizzat l-importanza li s-soċjetà ċivili tibqa’ sieħba ewlenija fil-ħidma favur l-ugwaljanza u l-prevenzjoni tal-vjolenza.

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, Samantha Pace Gasan, enfasizzat li l-prevenzjoni tal-vjolenza teħtieġ ħidma kontinwa biex jiġu sfidati narrattivi u attitudnijiet li jipperpetwaw l-inugwaljanza. Il-Kummissarju sostniet li permezz tal-kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni tista’ twessa’ l-ħidma tagħha u tilħaq komunitajiet differenti.

Il-proġett huwa wieħed mill-inizjattivi appoġġjati permezz ta’ Together We Empower, programm li joffri appoġġ lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex iwettqu proġetti ta’ sensibilizzazzjoni, edukazzjoni u prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Id-diżinformazzjoni u l-isterjotipi tal-ġeneru fiċ-ċentru ta’ dokumentarju ġdid dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Id-diżinformazzjoni u l-isterjotipi tal-ġeneru fiċ-ċentru ta’ dokumentarju ġdid dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow