Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Chris Fearne jiġi elett biex jerġa’ jmexxi s-CMAG għal sentejn oħra

pr261864
Date Icon 06/11/2026

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Chris Fearne, ġie elett biex jerġa' jmexxi l-Grupp Ministerjali ta' Azzjoni tal-Commonwealth (CMAG) għas-sentejn li ġejjin, wara deċiżjoni meħuda mill-pajjiżi membri tal-Grupp waqt il-laqgħat tal-Commonwealth f'Antigua u Barbuda.

Din id-deċiżjoni tfisser li Malta se tkompli jkollha rwol importanti fit-tmexxija tas-CMAG, li għandu r-responsabbiltà li jħares il-prinċipji fundamentali tal-Commonwealth, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.

Il-Ministru Fearne saħaq fuq il-ħtieġa li l-Commonwealth tkun aktar attiva fil-ħarsien ta' dawn il-valuri, speċjalment fi żmien meta l-istituzzjonijiet demokratiċi madwar id-dinja qed jiffaċċjaw sfidi dejjem akbar. Huwa enfasizza l-importanza li s-CMAG ma tintervjenix biss meta jinqalgħu l-kriżijiet, iżda taħdem ukoll biex tipprevjenihom permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi membri.

Matul il-ġimgħa tal-laqgħat tal-mexxejja tal-Commonwealth (CHOGM), il-Ministru Fearne pparteċipa wkoll f'diskussjonijiet dwar il-ħarsien tad-demokrazija, flimkien ma' rappreżentanti parlamentari u tas-soċjetà ċivili. F'dawn id-diskussjonijiet, il-Ministru Fearne saħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ id-demokrazija, li l-istituzzjonijiet ikunu trasparenti u li ċ-ċittadini jkollhom sehem attiv fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom.

Matul iż-żjara, il-Ministru kellu wkoll sensiela ta' laqgħat bilaterali ma' rappreżentanti ta' diversi pajjiżi membri tal-Commonwealth, bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi ta' Malta u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda ta' kooperazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Chris Fearne jiġi elett biex jerġa’ jmexxi s-CMAG għal sentejn oħra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Chris Fearne jiġi elett biex jerġa’ jmexxi s-CMAG għal sentejn oħra
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow