Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Proġett ta’ €2.56 miljun f’solar farm li kapaċi jipproduċi enerġija ekwivalenti għall-konsum ta’ madwar 900 dar

PR261862
Date Icon 05/11/2026

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ambjent Miriam Dalli żaret solar farm żviluppata minn Melita b’investiment ta’ €2.56 miljun f’sit li qabel kien iservi ta’ barriera, li ġie ffinanzjat kollu kemm hu minn investiment privat, filwaqt li bbenefika mill-iskema tal-Invitation to Bid (ITB) maħruġa mir-REWS. Din l-iskema tippermetti li proġetti ta’ enerġija rinnovabbli jiksbu rata vantaġġuża għall-elettriku li jesportaw lejn il-grid nazzjonali.

 

Il-Ministru kienet akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv ta’ Melita, Harald Roesch, u minn Kevin Borg, Kap tal-Operazzjonijiet mal-Klijenti u l-Implimentazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali. Is-solar farm li jinsab fl-Imqabba jikkumplimenta żewġ solar farms oħra iżgħar tal-istess kumpanija. L-elettriku kollu ġġenerat minn dan is-solar farm qed jiġi esportat direttament lejn il-grid nazzjonali.

 

Il-Ministru Miriam Dalli ħeġġet aktar kumpaniji biex jimxu fuq l-eżempju ta’ Melita u jinvestu fi proġetti simili, sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-qasam tal-enerġija rinnovabbli. “Dawn huma proġetti li bħala pajjiż aħna ninkoraġixxu. Irridu nkomplu nħajru kumpaniji bħal Melita, biex ikomplu jżidu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija nadifa. Proġetti bħal dawn huma eżempji ta’ kif investiment f’enerġija nadifa jirrendi. Din hija t-triq ’il quddiem u nħeġġeġ aktar kumpaniji biex jimxu f’din id- direzzjoni,” qalet il-Ministru Dalli.

 

Melita qed tipproduċi enerġija rinnovabbli ekwivalenti għal aktar minn 40% tal-elettriku li tikkonsma fuq bażi annwali. Il-kumpanija qed taħdem fuq proġetti oħra bl-għan aħħari tagħha li tilħaq produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli li tkopri 100% tal-konsum tal-elettriku tagħha. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Proġett ta’ €2.56 miljun  f’solar farm li kapaċi jipproduċi enerġija ekwivalenti għall-konsum ta’ madwar 900 dar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Proġett ta’ €2.56 miljun  f’solar farm li kapaċi jipproduċi enerġija ekwivalenti għall-konsum ta’ madwar 900 dar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Proġett ta’ €2.56 miljun  f’solar farm li kapaċi jipproduċi enerġija ekwivalenti għall-konsum ta’ madwar 900 dar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow