Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Ikompli t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema permezz tat-taħriġ u l-koordinazzjoni

pr261860
Date Icon 05/11/2026

Il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-kompetizzjoni ġusta bejn in-negozji kienu fiċ-ċentru ta' taħriġ nazzjonali għall-awtoritajiet tal-infurzar, organizzat mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER), b'kollaborazzjoni man-National Liaison Officer tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għal Malta u bl-appoġġ tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA).

Dan it-taħriġ laqqa' rappreżentanti tad-DIER, Jobsplus, Identità, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta (MTCA) u l-Korp tal-Pulizija, flimkien ma' esperti tal-ELA. Waqt dawn is-sessjonijiet ġew indirizzati l-mobbiltà tal-ħaddiema, il-ħaddiema stazzjonati, l-aġenziji tax-xogħol temporanji, fost oħrajn.

Waqt l-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti, saħaq li “Malta ħadet passi konkreti fuq livell nazzjonali biex issaħħaħ il-qafas regolatorju u ta' infurzar fil-qasam tal-impjiegi. Dan sar b'reazzjoni għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-suq tax-xogħol tagħna u biex jiġi żgurat li t-tkabbir ekonomiku jimxi id f'id mal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-kompetizzjoni ġusta."

Il-ministru spjega wkoll li l-bidliet fis-suq tax-xogħol Malti jagħmlu l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet dejjem aktar meħtieġa. Fakkar anke fil-miżuri li ttieħdu biex jissaħħu s-superviżjoni tal-aġenziji tal-impjieg, il-protezzjoni tal-ħaddiema temporanji u t-trasparenza fil-pagi.

Huwa semma wkoll li permezz tal-kollaborazzjoni mal-ELA, l-awtoritajiet Maltin ipparteċipaw f'aktar minn 15-il spezzjoni konġunta u kkoordinata, f'Malta u barra minnha, f'setturi bħall-kostruzzjoni, it-trasport u l-ospitalità. Din il-kollaborazzjoni inkludiet ukoll aktar minn 13-il żjara ta' studju biex jiġu skambjati esperjenzi u prattiki ma' pajjiżi oħra.

Id-Direttur Ġenerali tad-DIER Diane Vella Muscat qalet li dan it-taħriġ huwa l-ewwel wieħed fil-forma tiegħu ġewwa pajjiżna, fejn bis-sapport tal-ELA setgħu jitlaqqgħu l-awtoritajiet kompetenti ta' infurzar f'Malta fejn jidħlu kundizzjonijiet tax-xogħol u labour mobility, biex jaqsmu l-esperjenzi li jgħaddu minnhom ta' kuljum, jitgħallmu minn xulxin u jaraw kif jistgħu jsaħħu l-koperazzjoni ta' bejniethom għall-ġid ta' pajjiżna.

Dan it-taħriġ jagħmel parti mill-isforzi kontinwi tal-ELA biex issaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema. L-awtoritajiet Maltin kellhom l-opportunità jiskambjaw l-għarfien, jaqsmu esperjenzi prattiċi u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jindirizzaw l-isfidi ta' suq tax-xogħol li qed jevolvi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Ikompli t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema permezz tat-taħriġ u l-koordinazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Ikompli t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema permezz tat-taħriġ u l-koordinazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Ikompli t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema permezz tat-taħriġ u l-koordinazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow