Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Imnedija l-Viżjoni Strateġika 2035 tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta

PR261856
Date Icon 05/11/2026


Il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali nieda l-Viżjoni Strateġika 2035 tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta, flimkien mal-identità istituzzjonali l-ġdida 'It-Tila Minsuġa', li tirrifletti r-rwol tal-Arkivji bħala kustodji tal-memorja dokumentarja u tal-identità nazzjonali.

Din il-viżjoni, żviluppata permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni li dam għaddej sena, tistabbilixxi direzzjoni ċara għall-iżvilupp tal-Arkivji Nazzjonali, imsejsa fuq erba' prijoritajiet strateġiċi:

  • Arkivji Nazzjonali ġodda u infrastruttura xierqa: L-iżvilupp ta' ċentru nazzjonali sostenibbli, sigur u aċċessibbli, flimkien mat-titjib tal-infrastruttura tal-Arkivju ta' Għawdex.
  • Tkabbir permezz tal-isfida diġitali: It-tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni, il-preservazzjoni tar-rekords diġitali u l-użu responsabbli ta' teknoloġiji innovattivi.
  • Nifhmu lill-klijenti u niżviluppaw servizzi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom: It-titjib tas-servizzi, l-aċċessibbiltà u l-opportunitajiet ta' riċerka u tagħlim.
  • It-tisħiħ tas-soċjetà Maltija: Il-promozzjoni tal-wirt arkivistiku permezz tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet.

Il-Ministru Malcolm Paul Agius Galea qal li, “L-Arkivji Nazzjonali mhumiex sempliċiment post fejn jinżammu dokumenti storiċi, iżda huma l-memorja ħajja ta' pajjiżna. Permezz ta' din il-Viżjoni Strateġika 2035, qed nagħtu direzzjoni ċara biex inkomplu ninvestu f'istituzzjoni moderna, innovattiva u aċċessibbli għal kulħadd. Bħala Gvern, nemmnu li l-investiment fil-wirt dokumentarju huwa investiment fl-identità tagħna, fit-trasparenza u fil-ġenerazzjonijiet futuri. Din il-viżjoni hija wkoll konformi mal-aspirazzjonijiet tal-Viżjoni Malta 2050, għal pajjiż li jħares il-passat tiegħu filwaqt li jibni futur aktar b'saħħtu."

Min-naħa tiegħu, l-Arkivista Nazzjonali, il-Professur Charles Farrugia, sostna li, “Bil-Viżjoni Strateġika 2035, qed nibnu fuq il-progress miksub biex insaħħu l-Arkivji Nazzjonali bħala istituzzjoni fdata, aċċessibbli u diġitalment avvanzata—biex il-wirt tagħna jibqa' ħaj, id-drittijiet jissaħħu u l-għarfien jiftaħ orizzonti ġodda għal kulħadd. Meta nsaħħu l-ħarsien u l-aċċess għall-memorja tagħna, nagħtu lill-ġenerazzjonijiet ta' għada s-sisien biex jibnu futur aħjar."

L-implimentazzjoni tal-istrateġija se ssir f'fażijiet, permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni, bil-għan li l-Arkivji Nazzjonali jkomplu jħarsu l-wirt dokumentarju ta' Malta għall-ġenerazzjonijiet futuri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Imnedija l-Viżjoni Strateġika 2035 tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Imnedija l-Viżjoni Strateġika 2035 tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow