Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta Miegħek: Investiment ta’ €2 miljun matul is-sena 2027 għall-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ numru ta’ Housing Estates madwar il-pajjiż

PR261853
Date Icon 04/11/2026

Tibda r-rinnovazzjoni ta' 4 blokok ta' akkomodazzjoni soċjali fil-Gżira li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' 55 familja

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni li għaddejjin fuq erba' blokok residenzjali ta' akkomodazzjoni soċjali fil-Gżira. Il-proġett, li jkopri 10 entraturi u 55 appartament, jinvolvi investiment ta' €450,000 u jinkludi r-restawr u t-titjib tal-faċċati, is-soqfa u l-partijiet komuni tal-binjiet.

Ix-xogħlijiet fuq il-faċċati bdew f'Lulju 2026 u huma mistennija jitlestew sal-aħħar ta' Diċembru, filwaqt li x-xogħlijiet fuq is-soqfa u l-partijiet komuni mistennija jitlestew sa Diċembru.

Il-Ministru Bonnici saħaq li dan huwa investiment f'komunitajiet li jixirqilhom ambjent residenzjali aħjar u aktar dinjituż. Huwa rrefera wkoll għall-investiment li se jsir fl-2027, li jammonta għal ftit inqas minn €2 miljun fil-manutenzjoni u t-tisbiħ ta' blokok residenzjali tal-akkomodazzjoni soċjali madwar il-pajjiż, li minnu se jibbenefikaw 244 familja. Dan bis-saħħa tal-Budget 2027 li għandu l-għan li jservi ta' serħan il-moħħ għall-familji Maltin u Għawdxin.

Dwar l-għajnuna għall-akkomodazzjoni affordabbli l-Ministru Bonnici semma l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar li jkomplu jappoġġjaw lil persuni u familji f'ċirkostanzi differenti, fosthom il-Garanzija tad-Depożitu, l-Equity Sharing, New Hope u Sir Sid Darek sabiex jixtru d-dar tagħhom.

Huwa spjega li dawn l-iskemi se jerġgħu jiġu estiżi sabiex aktar persuni u familji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Gvern. Is-sena li għaddiet medja ta' familja kuljum saret sid darha bis-saħħa ta' xi waħda minn dawn l-iskemi.

Dr Bonnici qal ukoll li se jiġu estiżi l-iskemi kollha l-oħra relatati mal-akkomodazzjoni. Qal li fil-każ tal-għajnuna għal min jgħix fil-kera (kemm dik ta' qabel l-1995 u dik ta' wara l-1995) hu mistenni li s-sena li ġejja jiġu investiti total ta' €27 miljun fiż-żewġ skemi rispettivi. Dan biex ħadd ma jibqa' lura. Bl-istess mod l-iskema tal-first-time buyers, li fl-ewwel mitt jum tal-Gvern kompliet tissaħħaħ, se tiġi estiża u b'kollox qed jiġi prospettat li jiġu investiti € 11.5 miljun matul is-sena d-dieħla.

Dr Bonnici qal li matul is-sena li għaddiet kien hemm iktar minn 15,000 ruħ li gawdew minn xi waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar u fl-ewwel disa' xhur dan l-ammont tela' għal 20,000.

Inkluż f'dawn l-ammonti ta' benefiċjarji hemm ukoll dawk li gawdew minn għajnuniet biex itejbu l-proprjetà tagħhom sabiex ikomplu jgħixu ħajja indipendenti. Il-Ministru Bonnici qal li għas-sena d-dieħla hemm allokati €10 miljun b'appoġġ għal persuni u familji f'ċirkostanzi differenti għal dan il-għan. “Dawn l-iskemi jgħinu lill-persuni biex isirilhom xogħlijiet biex id-djar ikunu aktar aċċessibbli Dawn l-interventi jinkludu, fost oħrajn, l-installazzjoni ta' stairlifts, showers aċċessibbli u adattamenti strutturali, bil-għan li l-anzjani u persuni b'diżabilità u persuni oħrajn b'mezzi kwalifikati jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom b'aktar dinjità, sigurtà u indipendenza," qal Dr Bonnici.

lI-Ministru Bonnici tkellem ukoll dwar il-Buyers' Charter, li għandha l-għan li ssaħħaħ it-trasparenza fis-suq tal-proprjetà u tħares id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tax-xerrejja. Il-konsultazzjoni pubblika dwar dan għalqet fit-2 ta' Novembru, u fil-jiem li ġejjin se ssir konferenza li matulha se jingħata spazju lill-partijiet interessati biex jesprimu l-fehmiet u l-proposti tagħhom, bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni.

Irrefera wkoll għall-ħidma tal-Gvern dwar l-art pubblika, fosthom is-suċċess tal-iskema Temp25+ li ġiet imnedija f'Diċembru tal-2025 għall-fidi ta' ċnus temporanji residenzjali, li qed tgħin lil familji u individwi jsiru sidien sħaħ ta' darhom. Huwa qal li b'kollox daħlu 515-il applikazzjoni valida mill-bidu tal-iskema sal-lum. Minn dawn diġà ġew ippubblikati 39 kuntratt, filwaqt li 7 oħra mistennija jiġu ffirmati fil-jiem li ġejjin.

“Dak li nifhmu b'Malta Miegħek. Għax Malta Miegħek mhijiex sempliċiment slogan. Hija dikjarazzjoni ta' responsabbiltà u ta' impenn. Hija l-affermazzjoni li, quddiem l-isfidi tal-ħajja, il-Gvern jibqa' qrib in-nies u jaħdem biex joħloq opportunitajiet għal kulħadd," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta Miegħek: Investiment ta’ €2 miljun matul is-sena 2027 għall-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ numru ta’ Housing Estates madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta Miegħek: Investiment ta’ €2 miljun matul is-sena 2027 għall-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ numru ta’ Housing Estates madwar il-pajjiż
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta Miegħek: Investiment ta’ €2 miljun matul is-sena 2027 għall-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ numru ta’ Housing Estates madwar il-pajjiż
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow