Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Malta Miegħek: Budget 2027 ikompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel

PR261852
Date Icon 04/11/2026

F'Marsaskala inawgurat investiment li se jtejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza tas-sajjieda

Il-Gvern qed ikompli bl-investiment fil-modernizzazzjoni tal-winches f'diversi portijiet tas-sajd madwar Malta, bil-għan li jkompli jsaħħaħ is-sigurtà, l-effiċjenza u l-infrastruttura għall-benefiċċju tas-sajjieda.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel, Anton Refalo, waqt l-inawgurazzjoni ta' parti mix-xogħlijiet relatati ma' dan il-proġett f'Marsaskala.

Il-proġett jinkludi l-installazzjoni ta' winches moderni u aktar effiċjenti, li se jiffaċilitaw il-ġbid tal-bastimenti tas-sajd, filwaqt li jnaqqsu r-riskji operattivi u l-ħsarat fit-tagħmir. Dan l-investiment jallinja mal-Istrateġija Nazzjonali tas-Sajd 2026–2036, b'mod partikolari l-pilastru ddedikat għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sajd.

Ix-xogħlijiet relatati mal-winches huma ppjanati f'diversi lokalitajiet, fosthom San Ġiljan, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, Marsamxett u ż-Żurrieq.

Il-Ministru Refalo sostna li l-investiment fl-infrastruttura huwa essenzjali sabiex is-settur tas-sajd jibqa' sostenibbli u kompetittiv. “Is-sajjieda tagħna għandhom bżonn infrastruttura moderna u sigura li tgħinhom fil-ħidma tagħhom ta' kuljum. Permezz ta' dan l-investiment qed inkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u nagħtu aktar serħan il-moħħ lill-familji li jiddependu minn dan is-settur," qal il-Ministru Refalo.

Il-Ministru għamel referenza wkoll għall-Budget 2027, li jkompli jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jagħti l-appoġġ meħtieġ lill-bdiewa, lis-sajjieda, lir-raħħala u lil dawk kollha involuti fil-provvista tal-ikel, kemm permezz ta' għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta' assistenza teknika. Huwa sostna li dawn is-setturi għandhom rwol fundamentali mhux biss fil-produzzjoni u l-provvista tal-ikel, iżda wkoll fil-ħarsien tal-art agrikola u tar-riżorsi naturali ta' pajjiżna.

“Il-Budget 2027 jibgħat messaġġ ċar li l-Gvern se jkompli jkun ta' sostenn għal dawk li jaħdmu fl-agrikoltura, fis-sajd u fil-provvista tal-ikel. Dawn huma setturi essenzjali għall-ekonomija tagħna, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u għall-ħarsien tal-wirt naturali Malti. L-impenn tagħna huwa li nkomplu ninvestu fihom, intejbu l-infrastruttura u nagħtu lill-operaturi l-għodod meħtieġa biex ikomplu jiżviluppaw," sostna l-Ministru Refalo.

Il-Ministru Refalo rrefera wkoll għall-miżura mħabbra fil-Budget 2027 li permezz tagħha s-sajjieda professjonali se jibqgħu eżentati mir-reviżjoni tal-ħlasijiet tar-reġistrazzjoni annwali tal-bastimenti.

Il-Ministru fakkar ukoll f'investimenti oħra li saru fis-settur tas-sajd, fosthom faċilitajiet ġodda għall-provvista tad-dawl u l-ilma, kmamar ġodda tal-winches u skemi ta' għajnuna finanzjarja għas-sajjieda, inkluż kumpens marbut maż-żieda fil-prezz tal-fjuwil.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, Bjorn Azzopardi, enfasizza l-importanza ta' dan l-investiment fil-kuntest tal-viżjoni fit-tul għas-settur tas-sajd Malti. “Dan il-proġett huwa eżempju konkret ta' kif, bħala Dipartiment, qed inkomplu ninvestu f'infrastruttura moderna u adegwata għall-ħtiġijiet tas-sajjieda tagħna. Is-sostituzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-winċijiet fil-port tas-sajd hija wkoll parti mill-viżjoni usa' tal-Istrateġija Nazzjonali għas-Sajd 2026–2036, li għandha l-għan li ssaħħaħ is-settur permezz ta' infrastruttura aħjar, aktar sigurtà u effiċjenza, u aktar sostenibbiltà. Se nkomplu naħdmu biex l-investiment pubbliku jissarraf f'titjib konkret għas-sajjieda u l-operaturi kollha f'settur tas-sajd Malti aktar reżiljenti, modern u sostenibbli," sostna Azzopardi.

Il-Ministru Refalo temm billi rringrazzja lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u lis-sajjieda għall-kontribut tagħhom, filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f'settur li huwa parti importanti mill-identità, l-ekonomija u l-provvista tal-ikel ta' pajjiżna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Malta Miegħek: Budget 2027 ikompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Malta Miegħek: Budget 2027 ikompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Malta Miegħek: Budget 2027 ikompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Malta Miegħek: Budget 2027 ikompli jsaħħaħ l-appoġġ lejn is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow