AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf (RASFF). It-twissija tiddikjara li l-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista' jkun fih livelli għoljin ta' esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (Glycidyl fatty acidesters (GE)).
Meta jiġu kkunsmati, l-esteri tal-aċidi grassi tal-gliċidil (GE) jinbidlu f'gliċidol fil-ġisem tal-bniedem. Il-gliċidol huwa sustanza ġenotossika u karċinoġenika, li jfisser li tista' tagħmel ħsara lid-DNA u żżid ir-riskju tal-kanċer.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Wasabi Crackers | ![]() |
| Ditta: | Golden Turtle | |
| Oriġini: | L-Olanda | |
| Użin: | 125g | |
| Data tad-Durabbiltà: | 02-02-2027 24-02-2027 19-03-2027 18-05-2027 05-06-2027 | |
| EAN: | 8717703617092 | ![]() |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown+356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891

