Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Manoel Island: Jibdew l-ewwel xogħlijiet biex issir park nazzjonali

PR261848
Date Icon 04/11/2026

Bħala parti mill-ewwel ħidma biex Manoel Island tinbidel f'park nazzjonali, bdew xogħlijiet estensivi ta' tindif u manutenzjoni. Din il-ħidma hija pass lejn it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li Manoel Island issir spazju miftuħ għall-pubbliku, fejn il-familji jkunu jistgħu jgawdu l-ambjent naturali u l-wirt storiku li joffri dan il-post.

Din l-ewwel fażi ta' ħidma qed titwettaq mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni flimkien ma' Project Green fuq pjan ta' xogħol imħejji b'attenzjoni partikolari għall-karatteristiċi ambjentali u storiċi ta' Manoel Island.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli u l-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli żaru s-sit fejn għaddej ix-xogħol bħalissa.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif dan huwa l-bidu ta' ħidma akbar biex Manoel Island tingħata lill-familji Maltin u Għawdxin bħala spazju miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd. “Manoel Island għandha potenzjal kbir biex issir wieħed mill-isbaħ spazji miftuħa f'pajjiżna. Illum qed nibdew naraw l-ewwel ħidma konkreta fuq il-post biex ikollna park nazzjonali. Qed nibdew billi nnaddfu żoni differenti, insaħħu l-aċċessibilità u anki nagħmlu l-post aktar sigur, filwaqt li nħarsu l-karatteristiċi naturali u storiċi li jagħmlu dan il-post uniku. Irridu li Manoel Island tkun post fejn il-familji jistgħu jqattgħu l-ħin liberu u jgawdu dan l-ispazju. Din hija l-viżjoni tagħna għal aktar spazji miftuħa, aċċessibbli u ta' kwalità għal kulħadd," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli, qalet li Manoel Island trid terġa' tkun tan-nies u għan-nies, bħala spazju miftuħ li jgawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin. “Permezz tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, qed naħdmu biex inneħħu snin ta' skart u telqa minn dan il-post, b'interventi ppjanati u mwettqa b'attenzjoni. Din il-ħidma mhijiex biss tindif, iżda parti minn impenn usa' biex intejbu l-ispazji pubbliċi f'pajjiżna u niżguraw li jkunu aktar nodfa, miżmuma aħjar u aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin."

Qabel il-bidu tax-xogħlijiet, uffiċjali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, uffiċjali mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u ta' Project Green wettqu żjarat fuq il-post biex jiġi żgurat li l-interventi jitwettqu b'rispett lejn in-natura u l-wirt storiku taż-żona.

Ix-xogħlijiet jinkludu ż-żbir tas-siġar fejn meħtieġ, it-tneħħija ta' zkuk ta' siġar mejta, il-qtugħ tal-ħaxix u t-tindif tal-entratura, kif ukoll it-tneħħija ta' graffiti u posters minn mal-ħitan. Se jitneħħa wkoll materjal tal-ħadid, strutturi li m'għadhomx jintużaw u skart tal-kostruzzjoni, fosthom knatan u blokki tal-konkos. Il-ħidma tinkludi wkoll it-tneħħija ta' strutturi mhux awtorizzati, fosthom kmamar illegali, filwaqt li jiġu mħarsa l-elementi ta' valur storiku u ambjentali.

Għal din il-ħidma qed jintuża makkinarju speċjalizzat, flimkien ma' għodda manwali, biex ix-xogħol isir b'mod effiċjenti u b'attenzjoni għall-ambjent tal-madwar.

Din il-ħidma hija parti mill-ewwel passi lejn it-trasformazzjoni ta' Manoel Island f'park nazzjonali, bil-għan li jiġi mħares il-patrimonju naturali u storiku tal-gżira filwaqt li jinħoloq spazju miftuħ ta' kwalità għall-pubbliku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Manoel Island: Jibdew l-ewwel xogħlijiet biex issir park nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Manoel Island: Jibdew l-ewwel xogħlijiet biex issir park nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Manoel Island: Jibdew l-ewwel xogħlijiet biex issir park nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Manoel Island: Jibdew l-ewwel xogħlijiet biex issir park nazzjonali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow