Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta se tiltaqa’ mal-pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fir-Renju Unit

PR261847
Date Icon 04/11/2026

L-Erbgħa filgħodu, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għal żjara uffiċjali fir-Renju Unit.

Fil-qofol tal-impenji tagħha, il-President ta' Malta se tiltaqa' mal-pazjenti Maltin li qed jirċievu l-kura fi sptarijiet f'Londra, kif ukoll il-qraba tagħhom li qed jakkumpanjawhom matul dan il-vjaġġ diffiċli.

Fi tlett ijiem, l-Eċċellenza Tagħha se jkollha diversi impenji, fosthom żjarat l-isptarijiet Great Ormond Street Hospital for Children u r-Royal Marsden Hospital Sutton, li lkoll qed jospitaw pazjenti Maltin.

Il-President ta' Malta se żżur ukoll lis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù kif ukoll l-appartamenti ta' Puttinu Cares f'Sutton; żewġ entitajiet li flimkien mal-Malta Community Chest Fund jassistu lill-pazjenti Maltin u qrabathom waqt li jkunu fir-Renju Unit.

Għal dawn iż-żjarat, il-President ta' Malta se tkun akkumpanjata mill-Ministru tas-Saħħa, Ian Borg, kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund.

L-Erbgħa filgħaxija, l-Eċċellenza Tagħha se tkun preżenti għal attività organizzata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-binja storika ta' Cutlers Hall, f'Warwick Lane fejn se tindirizza lil dawk preżenti. L-attività tiġbor flimkien lil uħud mill-aktar imsieħba importanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li joperaw fir-Renju Unit, kif ukoll operaturi Maltin li qed jipparteċipaw fil-World Travel Market, waħda mill-akbar u l-aktar wirjiet turistiċi importanti fid-dinja li għaddejja fl-istess żmien f'Londra.

L-Eċċellenza Tagħha mistennija tirritorna Malta fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Sakemm il-President ta' Malta tkun barra mill-pajjiż, Dr Helena Dalli se sservi bħala Aġent President.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow