AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tal-operatur. It-twissija tiddikjara li l-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista' jkun fih livelli għoljin ta' merkurju (mercury).
L-espożizzjoni għal livelli għoljin ta' merkurju permezz tal-konsum ta' ħut ikkontaminat tista' taffettwa b'mod negattiv is-sistema nervuża, b'mod partikolari dik tal-fetu li jkun qed jiżviluppa waqt it-tqala u tat-tfal żgħar, li huma aktar vulnerabbli għall-effetti tiegħu.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Tranci di Verdesca (Prionace Glauca) |
| Ditta: | Natural SEA |
| Oriġini: | Spanja |
| Użin: | 450g |
| Data tad-Durabbiltà: | 28/02/2028 |
| Numru tal-Lott: | 102481408 |


Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891