Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Tisbiħ u rinnovazzjoni ta’ 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun li minnhom se jgawdu madwar 100 familja

PR261842
Date Icon 03/11/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar proġett immexxi minn Housing Projects Solutions Ltd (HPS) li għaddejjin b'xogħlijiet ta' tisbiħ u rinnovazzjoni fuq 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun, li jinkludu total ta' 16-il entratura u 96 appartament, b'investiment ta' €880,000.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan l-investiment huwa parti mill-ħidma kontinwa biex titjieb il-kwalità tal-akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna u li se jara li minnu se jgawdu madwar mitt familja.

“L-investiment fil-housing soċjali ma jiqafx mal-bini ta' appartamenti ġodda, iżda jinkludi wkoll il-manutenzjoni u t-titjib tal-binjiet eżistenti. Irridu niżguraw li r-residenti jgħixu f'ambjent aktar dinjituż, sigur u miżmum tajjeb. Permezz ta' interventi bħal dawn qed inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ispazji residenzjali u nagħtu attenzjoni lill-bżonnijiet tal-komunitajiet tagħna," qal il-Ministru Bonnici.

Il-blokok residenzjali jinsabu f'Dawret Ħal Tmiem, Wesgħet tal-Usif u Misraħ Ħal Tmiem. Permezz ta' dan il-proġett qed isir intervent biex titjieb id-dehra esterna u l-kundizzjoni ġenerali tal-binjiet, b'benefiċċju dirett għar-residenti u għall-komunità tal-madwar.

Bħala parti minn dawn ix-xogħlijiet, il-kisi eżistenti tal-faċċati qed jitneħħa u jinbidel b'kisi tal-ġebel, sabiex il-binjiet jingħataw dehra mġedda u finitura esterna aħjar.

Ix-xogħlijiet bdew fil-bidu ta' Mejju tal-2026 u bħalissa għadhom għaddejjin. Sa issa sar progress fuq il-blokok residenzjali kollha, filwaqt li għad fadal erba' blokok biex jitlestew. Il-proġett huwa skedat li jitlesta sal-aħħar ta' Diċembru tal-2026.

Dan il-proġett jingħaqad ma' xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' housing estates eżistenti li qed isiru f'diversi partijiet oħra ta' pajjiżna.

Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Ramon Deguara, il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Projects Solutions, il-Perit Thomas Tanti, iċ-Ċermen tal-Awtorità tad-Djar Robert Ducker, is-Sindku taż-Żejtun Joan Agius u membri tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Tisbiħ u rinnovazzjoni ta’ 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun li minnhom se jgawdu madwar 100 familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Tisbiħ u rinnovazzjoni ta’ 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun li minnhom se jgawdu madwar 100 familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Tisbiħ u rinnovazzjoni ta’ 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun li minnhom se jgawdu madwar 100 familja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow