Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Kunċert “Tisbit” jirritorna b’edizzjoni spettakolari fit-Teatru tal-Opra Aurora b’aktar minn 70 mużiċist fuq palk wieħed

PR261831
Date Icon 31/10/2026

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li s-sitt edizzjoni tal-kunċert Tisbit, se tittella’ nhar is-Sibt, 7 ta’ Novembru, fit-8pm, fit-Teatru tal-Opra Aurora fil-Belt Victoria. Din is-sena Tisbit se jkun qed jippreżenta l-akbar edizzjoni li qatt saret, b’aktar minn 70 mużiċist fuq palk wieħed, f’kunċert li jwiegħed spettaklu mużikali mill-aqwa għall-udjenzi ta’ kull età.

Għal din l-edizzjoni, id-drummers u l-perkussjonisti ta’ The Clef House se jingħaqdu mal-Malta Youth Orchestra, l-orkestra nazzjonali taż-żgħażagħ, f’kollaborazzjoni mużikali li se tgħaqqad l-enerġija tal-perkussjoni mal-kobor u l-qawwa tal-ħoss orkestrali.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li inizjattivi kulturali bħal Tisbit ikomplu jsaħħu l-offerta kulturali ta’ Għawdex u joħolqu opportunitajiet għal kollaborazzjonijiet artistiċi ta’ livell. Huwa kompla jgħid li “din l-edizzjoni ta’ Tisbit se tkun waħda tassew speċjali, mhux biss għax se jkollna aktar minn 70 mużiċist fuq palk wieħed, iżda wkoll minħabba l-kollaborazzjoni bejn it-talent ta’ The Clef House u l-Malta Youth Orchestra. Aħna nemmnu fl-importanza li nkomplu noħolqu spazji fejn it-talent mużikali, speċjalment dak taż-żgħażagħ, jingħata l-opportunità li jikber u jispikka. Għal darb’oħra, Għawdex se jkun qed joffri esperjenza kulturali ta’ livell, indirizzata lill-familja kollha.”

Tisbit huwa kunċert li jgħaqqad il-mużika, it-talent u l-enerġija ta’ mużiċisti differenti fi spettaklu wieħed, u din is-sena se jilħaq dimensjoni ġdida permezz tal-akbar numru ta’ artisti li qatt ħadu sehem fih.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lill-pubbliku jattendi għal din l-edizzjoni speċjali ta’ Tisbit u jgawdi minn serata mużikali unika fil-gżira Għawdxija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Kunċert “Tisbit” jirritorna b’edizzjoni spettakolari fit-Teatru tal-Opra Aurora b’aktar minn 70 mużiċist fuq palk wieħed
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow