Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija

PR261822
Date Icon 30/10/2026


L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela enfasizza l-importanza tal-kontinwità parlamentari, l-imparzjalità u r-rispett lejn id-demokrazija waqt iċ-ċerimonja ta' Jum l-Ispeakers, li tfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel seduta tal-Assemblea Leġiżlattiva Maltija, li saret fid-29 ta' Ottubru 1921.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker fakkar kif Edgar Joseph Arrigo kien ġie elett unanimament bħala l-ewwel Speaker, u spjega kif dan il-mument kien pass importanti fil-vjaġġ kostituzzjonali ta' Malta. Huwa nnota li Arrigo kellu rwol ewlieni fit-twaqqif tal-pedamenti tal-ħajja parlamentari Maltija, fosthom permezz tal-istanding orders approvati fl-1922 u l-iżvilupp tal-prattiki u l-konvenzjonijiet parlamentari.

L-Ispeaker saħaq li din il-kariga teħtieġ li l-awtorità u d-dinjità tal-Kamra jitpoġġew 'il fuq mill-interessi partiġġjani. Huwa rrimarka li, minkejja l-bidliet kostituzzjonali u soċjali li għadda minnhom il-pajjiż, il-Parlament jibqa' marbut mal-prinċipji tad-dibattitu ħieles, ir-rispett lejn il-liġi u d-dritt ta' kull Membru li jitkellem u jinstema'.

L-Ispeaker irrikonoxxa wkoll il-kontribut tal-Ispeakers li servew matul dawn il-105 sena, tal-Membri Parlamentari u tal-uffiċjali tal-Kamra, filwaqt li enfasizza li l-kontinwità parlamentari tinbena minn ġenerazzjoni għall-oħra. Huwa sostna li Jum l-Ispeakers mhuwiex biss okkażjoni ta' tifkira, iżda wkoll opportunità biex tissaħħaħ l-istituzzjoni u jiġi mħares il-wirt parlamentari għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Matul l-okkażjoni, il-Professur Godfrey Pirotta ta ħarsa lejn il-kuntest storiku, filwaqt li l-MP Alex Perici Calascione u l-Ministru Owen Bonnici għamlu l-interventi tagħhom f'isem l-Oppożizzjoni u l-Gvern rispettivament. Ġie muri wkoll messaġġ mill-Ispeaker tal-House of Commons tar-Renju Unit, Sir Lindsay Hoyle.

Ritratti: SPK

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker Carmelo Abela jfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel Assemblea Leġiżlattiva Maltija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow