Left arrow Go Back

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibda x-xogħol fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli f’Ħal Kirkop

PR261808
Date Icon 28/10/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar is-sit ta' proġett ġdid ta' akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli f'Ħal Kirkop. Il-proġett se jikkonsisti f'89 appartament mifruxa fuq tmien blokok residenzjali.  Il-proġett se jkollu wkoll madwar 70 spazju għall-garaxxijiet u għall-parkeġġ.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa parti mill-ħidma biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' akkomodazzjoni f'pajjiżna għall-familji vulnerabbli.

“Akkomodazzjoni diċenti hija importanti biex il-familji u l-individwi jkollhom aktar stabbiltà u serħan il-moħħ. Permezz ta' dan l-investiment f'Ħal Kirkop, se nkunu qed inżidu 89 appartament ġdid li, ladarba jitlestew, ikunu jistgħu jiġu allokati skont il-proċeduri tal-Awtorità tad-Djar.  Dan il-proġett jirrifletti l-impenn li nkomplu ninvestu f'akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli u noħolqu aktar opportunitajiet għal dawk li jeħtieġu appoġġ fil-qasam tad-djar," qal il-Ministru Bonnici.

Il-proġett se jsir b'investiment ta' madwar €8.2 miljun, li tkopri x-xogħlijiet ta' tħaffir, kostruzzjoni, installazzjonijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll ix-xogħlijiet ta' tlestija. Din l-istima ma tinkludix l-ispiża tal-liftijiet.

Bħalissa, fis-sit għaddejjin ix-xogħlijiet ta' tħaffir, li jikkostitwixxu stadju importanti fit-tħejjija taż-żona għall-fażi li jmiss tal-proġett, li hija dik tal-kostruzzjoni.

Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Projects Solutions, il-Perit Thomas Tanti, iċ-Ċermen tal-Awtorità tad-Djar Robert Ducker, s-Sindku ta' Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit u membri tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop.

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibda x-xogħol fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibda x-xogħol fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibda x-xogħol fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni għall-familji vulnerabbli f’Ħal Kirkop
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow