Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reġistru Elettorali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

PR261804
Date Icon 28/10/2026

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippubblikati r-Reġistri Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Ottubru, 2026.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354), u/jew skont l-Att dwar il-Gvern Lokali (Kap. 363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap. 467), sad-data tal-għeluq, it-30 ta' Settembru, 2026, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu mhumiex murija b'mod korrett, għandu, skont l-Artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar it-Tlieta s-17 ta' Novembru, 2026, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.

Kull votant reġistrat li:-

  1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta' xi persuna għandu jinqata' barra mir-reġistru għax din m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
  2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta' xi persuna mhumiex murija b'mod korrett fir-reġistru;

jista' wkoll, skont l-Artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar it-Tlieta s-17 ta' Novembru, 2026.

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista' tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista' jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijiet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.

Ta' min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista' jordna li l-isem ta' xi persuna jiġi inkluż, jew li ssir korrezzjoni ta' isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-Reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.

Min jixtieq jara r-Reġistri kollha jista' jarahom fl-Uffiċċju Elettorali.  Ir-Reġistri jkunu wkoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi.  Barra minn hekk, wieħed jista' jara jekk hux reġistrat bħala votant f'dawn ir-reġistri billi jidħol online fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, www.electoral.gov.mt, fis-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet" u jagħfas il-buttuna “Nista' nivvota?" jew il-buttuna “Fittex fir-Reġistri".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow