Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR261791
Date Icon 23/10/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF), il-prodotti msemmija m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li potenzjalment huma kkontaminati bil-“Listeria monocytogenes”.

Is-sintomi tal-infezzjoni bil-Listeria monocytogenes jistgħu jinkludu sintomi ħfief simili għall-influwenza, jew sintomi gastrointestinali bħal dardir, rimettar u dijarea. F’każijiet rari, l-infezzjoni tista’ tkun aktar severa, u tikkawża kumplikazzjonijiet serji. Xi nies huma aktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet bil-“Listeria monocytogenes”, inklużi nisa tqal, trabi, u nies b’sistema immunitarja dgħajfa, inklużi l-anzjani. Il-perjodu ta’ inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni inizjali u d-dehra tal-ewwel sintomi) huwa ta’ medja ta’ 3 ġimgħat iżda jista’ jvarja bejn 3 u 70 jum.

Deskrizzjoni tal-Prodott:DittaNumru tal-Lott:Data tad-durabbiltà
TACCHINO ARROSTO AL LIMONE 170gPortami Via271/2624/10/2026
POLPETTE DI CARNE AL SUGO 340gPortami Via268/2623/10/2026
INSALATA RUSSA 300gPortami Via

268/26

271/26

2/11/2026

5/11/2026

INSALATA DI RISO 200gPortami Via272/2627/10/2026


Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dawn il-prodotti u huwa mitlub jew jarmi l-prodotti indikati jew jirritornahom lura minn fejn xtrahom.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.


AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow