Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Glenn Bedingfield jenfasizza l-importanza tar-riabilitazzjoni u t-tieni opportunità waqt żjara fiċ-Ċentru Korrettiv għaż-Żgħażagħ C.O.R.R.S.

pr261784
Date Icon 23/10/2026

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield, żar iċ-Ċentru Korrettiv għaż-Żgħażagħ C.O.R.R.S., fejn ra mill-qrib il-ħidma li ssir mal-minorenni u ż-żgħażagħ li jkunu qed jinżammu fiċ-ċentru, b'enfasi fuq ir-riabilitazzjoni, il-gwida u l-appoġġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jibnu futur aħjar.

Il-Ministru Bedingfield saħaq dwar l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u jirċievu l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jibnu ħajjithom. Huwa enfasizza li r-riabilitazzjoni u l-gwida huma parti importanti mill-ħidma korrettiva, flimkien mal-ħtieġa li tinżamm is-sigurtà.

Bħalissa, fiċ-ċentru hemm 26 żagħżugħ, kollha rġiel. Iċ-ċentru jista' jilqa' fih żgħażagħ ta' bejn l-14 u l-21 sena, għalkemm fil-preżent m'hemm ħadd ta' 14-il sena.

Il-ħidma ma' kull żagħżugħ titwettaq permezz ta' pjan ta' kura individwali, li jinkludi l-involviment ta' psikologu u social worker f'kull każ. Dan l-approċċ għandu l-għan li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull żagħżugħ u jgħinu fil-proċess ta' riabilitazzjoni tiegħu.

Meta jkun possibbli, il-ħidma testendi wkoll għall-familja, filwaqt li l-attivitajiet terapewtiċi, fosthom it-terapija okkupazzjonali, jgħinu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet u jħejju ruħhom għal ħajja aktar pożittiva.

Matul iż-żjara ġie spjegat ukoll li mhux iż-żgħażagħ kollha li jinżammu fiċ-ċentru jkunu qed jiskontaw sentenza. Ħafna jkunu għadhom taħt arrest, u għalhekk il-perjodu li jqattgħu fiċ-ċentru jista' jkun relattivament qasir.

F'każijiet fejn tingħata sentenza, iż-żmien li ż-żgħażagħ iqattgħu fiċ-ċentru ġeneralment ivarja bejn tmien xhur u tliet snin.

Il-Ministru Bedingfield tenna li l-ħidma f'dan il-qasam teħtieġ approċċ li jgħaqqad ir-responsabbiltà mal-opportunità għal bidla, sabiex iż-żgħażagħ jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jagħmlu għażliet aħjar u jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà.

“Kull żagħżugħ għandu jingħata l-gwida u l-appoġġ meħtieġ biex ikun jista' jibni futur aħjar. Ir-riabilitazzjoni tfisser li, filwaqt li nżommu r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħna, noħolqu wkoll l-opportunitajiet għal bidla u bidu ġdid," tenna l-Ministru Bedingfield.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Glenn Bedingfield jenfasizza l-importanza tar-riabilitazzjoni u t-tieni opportunità waqt żjara fiċ-Ċentru Korrettiv għaż-Żgħażagħ C.O.R.R.S.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Glenn Bedingfield jenfasizza l-importanza tar-riabilitazzjoni u t-tieni opportunità waqt żjara fiċ-Ċentru Korrettiv għaż-Żgħażagħ C.O.R.R.S.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow