Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti

PR261770
Date Icon 21/10/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar binja tal-Gvern preżentament abbandunata fil-Birgu, li fuqha se jinbeda xogħol ta' restawr li se jwassal biex tiġi mibdula fi tliet appartamenti. Dawn l-appartamenti la jitlestew se jiżdiedu mal-istock ta' Housing units u se jintużaw għal skop ta' akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar.

Din id-dar tinsab f'6 u 7, Triq l-Antika, il-Birgu u se tara investiment ta' €730,000.

Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru Bonnici qal li l-Ministeru qed jaħdem biex diversi proprjetajiet tal-Gvern li kienu ilhom snin abbandunati jingħataw ħajja ġdida u jerġgħu jintużaw għall-iskop ta' akkomodazzjoni soċjali.

Huwa sostna li interventi bħal dawn huma importanti biex jitħares il-wirt arkitettoniku tal-lokalitajiet tagħna, filwaqt li jinħolqu aktar opportunitajiet ta' akkomodazzjoni u jitjiebu l-ambjenti u s-sigurtà tal-binjiet.

F'Diċembru tal-2025, il-binja ġarrbet kollass fil-ħajt tal-parapett kawża ta' maltempata. Wara li nkisbu l-permessi relattivi, setgħu jibdew ix-xogħlijiet ta' konsolidazzjoni fuq il-parti tal-binja li ġarrbet l-aktar ħsarat estensivi.

Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Projects Solutions, il-Perit Thomas Tanti, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa u l-Viċi Sindku tal-Birgu Jason Vincent Portelli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow