Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta twissi dwar l-impatt tal-eskalazzjoni fil-Golf Għarbi fuq it-tbaħħir u l-kummerċ fil-Mediterran

pr261700
Date Icon 13/10/2026

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne esprima t-tħassib ta' Malta dwar l-eskalazzjoni tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani, li issa qed testendi wkoll lejn il-Golf Għarbi, u l-konsegwenzi li din tista' tħalli fuq is-sigurtà marittima, il-kummerċ internazzjonali u l-ekonomija ta' Malta u ta' pajjiżi Mediterranji oħra.

Waqt il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu, il-Ministru Fearne saħaq li t-tfixkil fit-tbaħħir fl-Istrett ta' Hormuz, flimkien mat-theddid għar-rotot kummerċjali fil-Baħar l-Aħmar u l-Kanal ta' Suez, huwa ta' tħassib serju għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa.

“Parti kbira mill-kummerċ li jasal mill-Asja lejn il-Mediterran tgħaddi mill-Kanal ta' Suez. Kull tfixkil f'dawn ir-rotot jista' jkollu konsegwenzi diretti fuq il-kummerċ u l-ekonomija ta' pajjiżna. Għalhekk, huwa fl-interess ta' Malta li dawn ir-rotot jibqgħu miftuħa u siguri," qal il-Ministru Fearne.

F'dan il-kuntest, Malta esprimiet l-appoġġ tagħha għas-sejħa tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-protezzjoni navali tal-bastimenti kummerċjali fil-Baħar l-Aħmar. Il-Ministru saħaq li n-newtralità ta' Malta ma twaqqafhiex milli tħares l-interessi marittimi u ekonomiċi tagħha, filwaqt li tkompli tappoġġja l-isforzi diplomatiċi biex tonqos it-tensjoni fir-reġjun.

Dwar il-Palestina, il-Ministru Fearne tenna l-appoġġ ta' Malta għal soluzzjoni ta' żewġ stati u esprima tħassib serju dwar il-vjolenza mill-insedjaturi, l-espansjoni tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u n-nuqqas ta' progress fil-Pjan għall-Paċi f'Gaża. Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza tal-proċess demokratiku Palestinjan u appella biex l-elezzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr, mingħajr posponimenti bla bżonn li jkomplu jdewmu t-tiġdid demokratiku u r-rappreżentanza tal-poplu Palestinjan.

B'rabta mal-Ukrajna, il-Ministru laqa' d-diskussjonijiet dwar waqfien possibbli mill-ġlied, partikolarment hekk kif riesqa x-xitwa.

Matul il-laqgħat fil-Lussemburgu, il-Ministru Fearne tenna wkoll l-importanza tas-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li afferma l-appoġġ ta' Malta għat-tkabbir tal-Unjoni, inkluż l-integrazzjoni Ewropea tal-Montenegro u l-Albanija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta twissi dwar l-impatt tal-eskalazzjoni fil-Golf Għarbi fuq it-tbaħħir u l-kummerċ fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta twissi dwar l-impatt tal-eskalazzjoni fil-Golf Għarbi fuq it-tbaħħir u l-kummerċ fil-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow