Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitħabbru d-dati għall-korsijiet ta’ Animal First Aid fil-komunitajiet

PR261651
Date Icon 07/10/2026

Tħabbru d-dati u l-lokalitajiet fejn se jiġu organizzati l-korsijiet ta' Animal First Aidbla ħlas, inizjattiva li qed tittella' b'kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari responsabbli għall-Ħarsien tal-Annimali u l-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi.

Din l-inizjattiva, imnedija mis-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Ħarsien tal-Annimali Alicia Bugeja Said flimkien mal-Ministru għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, għandha l-għan li twassal taħriġ prattiku direttament fil-komunitajiet u tkompli żżid l-għarfien dwar il-ħarsien u l-benesseri tal-annimali.

Il-korsijiet se jipprovdu taħriġ bażiku u prattiku dwar kif wieħed għandu jirreaġixxi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu annimali, fosthom każijiet ta' choking, CPR għall-annimali, kura tal-feriti u avvelenament. L-għan huwa li l-parteċipanti jingħataw il-ħiliet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna b'mod immedjat u sigur sakemm tinkiseb assistenza veterinarja.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li din l-inizjattiva qed tressaq taħriġ prattiku u għarfien bażiku dwar l-ewwel għajnuna għall-annimali eqreb lejn il-komunitajiet, filwaqt li tħeġġeġ aktar residenti jkunu ppreparati biex jirreaġixxu f'mument ta' emerġenza.

“26 Kunsill Lokali wrew l-interess tagħhom li jkunu parti minn din l-inizjattiva, u dan juri kemm hu importanti li nkomplu noħolqu opportunitajiet ta' tagħlim li jkunu aċċessibbli u qrib ir-residenti. Il-ħarsien tal-annimali jibda mill-għarfien, mir-responsabbiltà u mill-preparazzjoni, u permezz ta' din il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern, il-Kunsilli Lokali u d-Direttorat tal-Animal Welfare qed inwasslu dan l-għarfien aktar qrib il-komunitajiet tagħna," qalet il-Ministru Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li permezz ta' dawn il-korsijiet, il-Gvern qed ikompli jinvesti mhux biss fil-ħarsien tal-annimali, iżda wkoll fl-edukazzjoni u l-għarfien fil-komunitajiet.

“Meta annimal ikun f'sitwazzjoni ta' emerġenza, l-ewwel minuti jistgħu jkunu kruċjali. Permezz ta' dawn il-korsijiet irridu nagħtu lin-nies għarfien prattiku li jista' jgħinhom jaġixxu b'mod sigur u responsabbli sakemm tingħata l-għajnuna veterinarja meħtieġa. Aktar ma nkomplu nedukaw u nagħtu l-għodod meħtieġa lin-nies, aktar inkunu qed insaħħu kultura ta' responsabbiltà, kura u rispett lejn l-annimali," qalet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Il-korsijiet se jsiru skont din l-iskeda:

Kunsill LokalitajietDataĦin
Il-QalaIl-Qala, Ix-Xagħra, L-Għarb16 ta' Ottubru 20263:00pm – 7:00pm
BormlaĦal Tarxien, Bormla, Il-Birgu17 ta' Ottubru 20268:00am – 12:00pm
Il-FurjanaL-Imsida, Santa Venera, Tal-Pietà, Il-Ħamrun, Il-Furjana24 ta' Ottubru 20268:00am – 12:00pm
Il-FguraIl-Fgura, Paola, Santa Luċija31 ta' Ottubru 20268:00am – 12:00pm
Ir-RabatIr-Rabat, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħad-Dingli7 ta' Novembru 20268:00am – 12:00pm
PembrokeIs-Swieqi, San Ġiljan, Pembroke12 ta' Novembru 20261:00pm – 5:00pm
MarsaskalaIl-Qrendi, Marsaskala, Marsaxlokk21 ta' Novembru 20268:00am – 12:00pm
MellieħaMellieħa28 ta' Novembru 202610:30am – 2:30pm

It-taħriġ se jingħata minn edukaturi kwalifikati u magħżula mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, filwaqt li l-inizjattiva qed titmexxa b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali parteċipanti.

Permezz ta' din l-inizjattiva, qed ikompli jissaħħaħ l-impenn biex aktar persuni fil-komunitajiet ikollhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipproteġu l-benesseri tal-annimali u jkunu jistgħu jirreaġixxu b'mod xieraq f'każ ta' emerġenza.

Ritratti: MLGP-MEER_PS/DOI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitħabbru d-dati għall-korsijiet ta’ Animal First Aid fil-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitħabbru d-dati għall-korsijiet ta’ Animal First Aid fil-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitħabbru d-dati għall-korsijiet ta’ Animal First Aid fil-komunitajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow