Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “L-edukazzjoni vokazzjonali hija parti essenzjali mill-viżjoni tagħna għal ekonomija ta’ kwalità” – Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara waqt Freshers’ Week fl-MCAST

pr261636
Date Icon 05/10/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma' martu Dr Lydia Abela, żar il-Kampus Ewlieni tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, f'Raħal Ġdid fl-ewwel jum tal-Freshers' Week.

Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru u Dr Abela ltaqgħu ma' għadd ta' studenti li qed jibdew jew ikomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom fl-MCAST, kif ukoll ma' edukaturi u rappreżentanti ta' għaqdiet preżenti fil-kampus.

Din is-sena l-MCAST qed tilqa' aktar minn 8,000 student, f'sena li għandha tifsira partikolari għall-Kulleġġ hekk kif qed jiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu. Tul dawn is-snin, l-MCAST kompla jiżviluppa f'istituzzjoni ewlenija għall-edukazzjoni vokazzjonali u professjonali f'pajjiżna, b'korsijiet li jwasslu minn livelli ta' ċertifikat sal-livell ta' dottorat.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-iżvilupp tal-MCAST matul dawn l-aħħar 25 sena jirrifletti wkoll il-bidla li għaddiet minnha l-ekonomija Maltija u l-ħtieġa li l-pajjiż jibqa' jinvesti fil-ħiliet tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

“L-edukazzjoni vokazzjonali hija parti essenzjali mill-viżjoni tagħna għal ekonomija li tkompli tikber fil-kwalità. Illum għandna aktar opportunitajiet minn qatt qabel, iżda rridu nassiguraw li ż-żgħażagħ tagħna jingħataw il-ħiliet, l-għodda u l-esperjenzi biex ikunu jistgħu jaħtfuhom. L-MCAST għandu rwol ċentrali f'dan, għaliex jgħaqqad it-tagħlim mal-esperjenza prattika u mad-dinja tax-xogħol," qal il-Prim Ministru.

Dr Abela sostna li l-investiment fl-edukazzjoni jrid jibqa' jimxi id f'id ma' dak fl-infrastruttura u fit-teknoloġija. F'dan il-kuntest, semma l-investiment li qed isir f'binja ġdida għall-Arti Kreattiva fil-Kampus Ewlieni f'Raħal Ġdid, b'appoġġ minn fondi Ewropej li huma diġà konfermati. Dan il-proġett mistenni joħloq spazji ġodda għat-tagħlim, l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-industriji kreattivi. Dan filwaqt li jiġi rilokat l-Istitut għall-Arti Kreattiva fil-Mosta għal Raħal Ġdid skont anke miżura tal-Manifest Elettorali Int Malta.

Il-Prim Ministru nnota wkoll il-ħidma tal-MCAST biex tkompli tħares lejn il-ħtiġijiet futuri tal-istudenti u tal-ekonomija. Fil-jiem li ġejjin il-Kulleġġ se jniedi l-Vision 2030 tiegħu, b'enfasi fuq MCAST li jkun aktar ippreparat u mgħammar bil-quddiem, fuq l-innovazzjoni diġitali, programmi aktar marbuta mal-ħtiġijiet tal-industrija u aktar opportunitajiet ta' tagħlim prattiku u innovattiv.

Fl-istess waqt, il-Kulleġġ se jkun qed iniedi wkoll strateġija dwar l-Intelliġenza Artifiċjali bil-għan li din it-teknoloġija tiġi integrata b'mod responsabbli, etiku u prattiku fit-tagħlim, fl-assessjar, fir-riċerka u fl-operat tal-MCAST.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, Stephen Vella, qal li, 25 sena wara li l-Kulleġġ fetaħ il-bibien tiegħu, il-kontribut tal-gradwati tal-MCAST illum jinħass f'firxa wiesgħa ta' setturi fil-pajjiż.

“Illum, 25 sena wara li l-MCAST fetaħ il-bibien tiegħu, kważi kull fejn immorru nsibu gradwati tal-MCAST. Insibuhom fl-industrija u fin-negozju, fis-servizzi pubbliċi, fis-saħħa, fit-teknoloġija, fl-arti u l-kultura, fl-inġinerija u f'tant oqsma oħra. Nies li forsi ma nafux isimhom, iżda li bix-xogħol tagħhom qed jikkontribwixxu għall-ħajja tagħna ta' kuljum. Dak, fl-aħħar mill-aħħar, huwa l-valur tal-edukazzjoni: mhux biss dak li jiġri waqt li student ikun magħna, iżda dak li jagħmel b'dak li tgħallem meta joħroġ minn hawn. Huwa ta' sodisfazzjon kbir li ftaħna din is-sena għal aktar minn 8,000 student," qal is-Sur Vella.

Il-Freshers' Week tal-MCAST se tkompli matul din il-ġimgħa fil-Campuses differenti tal-Kulleġġ, b'attivitajiet maħsuba biex jilqgħu lill-istudenti għas-sena akkademika l-ġdida u jintroduċuhom għall-ħajja u l-opportunitajiet li toffri l-MCAST.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “L-edukazzjoni vokazzjonali hija parti essenzjali mill-viżjoni tagħna għal ekonomija ta’ kwalità” – Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara waqt Freshers’ Week fl-MCAST
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “L-edukazzjoni vokazzjonali hija parti essenzjali mill-viżjoni tagħna għal ekonomija ta’ kwalità” – Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara waqt Freshers’ Week fl-MCAST
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “L-edukazzjoni vokazzjonali hija parti essenzjali mill-viżjoni tagħna għal ekonomija ta’ kwalità” – Il-Prim Ministru Robert Abela fi żjara waqt Freshers’ Week fl-MCAST
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow