Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Imgħax Fissa – Ħruġ Ottubru 2026

pr261604
Date Icon 01/10/2026

B'referenza għall-istqarrija nru. 261548 ta' nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Settembru 2026, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

  1. 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 4.2997%,

                li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.3459%, u



    (ii)       4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 4.4995%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal4.5501%.



    L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:



    Applikazzjonijiet:

  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2026 fit-8.30 a.m., u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2026; u

  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, 9 ta' Ottubru 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (ħin lokali) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.



    Il-formoli tal-applikazzjoni tal-membri tal-pubbliku jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/servizzi/), mill-Ġimgħa, 2 ta' Ottubru 2026.



    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta maħruġa mid-Dipartiment tat-Teżor fil-25 ta' Settembru 2026.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow