Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Tittella’ ‘Talenti b’Għożża’: wirja artistika li tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività tal-persuni anzjani

PR261600
Date Icon 01/10/2026

Tnediet il-wirja artistika 'Talenti b'Għożża', inizjattiva tal-Awtorità għall-Istandards tal-Persuni Anzjani (OPSA) li qed tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività ta' persuni anzjani li jgħixu f'residenzi madwar Malta u Għawdex.

L-inizjattiva qed tittella' b'rabta mal-Jum Nazzjonali ddedikat lill-Anzjani bl-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-ħiliet, it-talenti u l-kontribut kontinwu tal-persuni anzjani fis-soċjetà.

Bħala parti mill-proġett, l-Awtorità pprovdiet il-materjali meħtieġa lill-parteċipanti sabiex ikunu jistgħu jesprimu l-kreattività u t-talenti tagħhom permezz tal-arti. Ix-xogħlijiet li nħolqu qed jiġu ppreżentati lill-pubbliku fil-wirja 'Talenti b'Għożża', fejn il-viżitaturi jistgħu japprezzaw mhux biss il-ħiliet artistiċi tal-parteċipanti, iżda wkoll l-esperjenza, l-enerġija u l-kreattività tagħhom.

Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva, Deo Debattista, saħaq li inizjattivi bħal 'Talenti b'Għożża' jfakkru li l-anzjanità mhijiex biss dwar il-kura u l-appoġġ, iżda wkoll dwar il-parteċipazzjoni, il-kreattività u l-kontribut.

“Il-persuni anzjani għandhom talenti, esperjenzi, ideat u ħafna x'joffru. Irridu nkomplu noħolqu opportunitajiet fejn dawn it-talenti jingħataw l-ispazju u l-viżibilità li jixirqilhom, filwaqt li nkomplu nsaħħu anzjanità attiva li tagħti sens ta' skop, appartenenza u kwalità ta' ħajja," qal Dr Debattista.

'Talenti b'Għożża' twassal ukoll messaġġ ta' inklużjoni u apprezzament, filwaqt li tenfasizza l-importanza li l-persuni anzjani jibqgħu attivi, kreattivi u involuti fil-komunità.

Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-30 ta' Settembru sat-2 ta' Ottubru 2026, bejn it-8:00 u l-16:00. Fit-3 ta' Ottubru, b'rabta mal-attivitajiet tan-Notte Bianca, il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità li jżur il-wirja sa tard filgħaxija bħala parti mill-programm kulturali fil-Belt Valletta.

Il-pubbliku huwa mistieden iżur 'Talenti b'Għożża' u japprezza mill-qrib il-ħidma, il-kreattività u t-talenti tal-persuni anzjani li ħadu sehem f'din l-inizjattiva.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Tittella’ ‘Talenti b’Għożża’: wirja artistika li tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività tal-persuni anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Tittella’ ‘Talenti b’Għożża’: wirja artistika li tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività tal-persuni anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Tittella’ ‘Talenti b’Għożża’: wirja artistika li tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività tal-persuni anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Tittella’ ‘Talenti b’Għożża’: wirja artistika li tagħti spazju lit-talenti u l-kreattività tal-persuni anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow