Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet immedjati fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa biex mil-lejla jerġa’ jiġi żgurat aċċess sigur

pr261581
Date Icon 29/09/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul, żar ix-xogħlijiet fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, wara li ħajt għoli madwar tliet sulari ċeda kawża tal-maltemp u konsegwentament affettwa l-aċċess f’din it-triq importanti b’mod speċjali għall-komunità tal-Mellieħa.

Il-Ministru Jonathan Attard qal li Infrastructure Malta intervjeniet wara li l-ħajt kkawża periklu pubbliku, ostakolat l-aċċess u ħolqot inkonvenjent kbir f’din it-triq, li hija rotta importanti bejn l-Għadira u l-Mellieħa. “Infrastructure Malta daħlet biex isiru dawn ix-xogħlijiet fil-ħajt fl-iqsar żmien possibbli, bil-għan li t-triq terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku inġenerali b’mod sigur,” sostna l-Ministru Attard.

Ix-xogħlijiet saru b’ritmu mgħaġġel u b’ħidma kontinwa, inkluż xogħol matul il-lejl, sabiex jitnaqqas il-perjodu ta’ inkonvenjent għall-komunità. Ix-xogħol li kien oriġinarjament previst li jieħu madwar tliet ġimgħat sar bl-objettiv li jitlesta fi ftit ġranet, sabiex Triq il-Marfa tkun tista’ terġa’ tinfetaħ kemm jista’ jkun malajr.

Il-ħidma kienet tinkludi l-interventi meħtieġa fuq il-parti tat-triq affettwata mill-waqgħa tal-ħajt, filwaqt li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li, meta t-triq terġa’ tinfetaħ, l-aċċess ikun sigur għar-residenti u għall-utenti kollha tagħha.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul spjega li x-xogħol fuq il-post issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu u li t-triq se tkun qed terġa’ tinfetaħ għat-traffiku fis-sigħat li ġejjin. “Ix-xogħol li sar minn Infrastructure Malta issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu u t-triq se tkun qed tinfetaħ lura għat-traffiku llejla stess, anke b’rispett mhux biss għall-element ambjentali, imma wkoll għall-valur storiku li kellu dan il-ħajt,” qal is-Sur Ellul.

Dan l-intervent jirrifletti l-ħidma kontinwa ta’ Infrastructure Malta biex tindirizza sitwazzjonijiet li jaffettwaw l-aċċessibbiltà u s-sigurtà fit-toroq u biex, f’każijiet ta’ emerġenza jew ċirkostanzi mhux mistennija, jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-impatt fuq il-komunitajiet ikun kemm jista’ jkun minimu.

Matul iż-żjara kien hemm preżenti wkoll il-Kunsill Lokali tal-lokalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet immedjati fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa biex mil-lejla jerġa’ jiġi żgurat aċċess sigur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet immedjati fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa biex mil-lejla jerġa’ jiġi żgurat aċċess sigur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Xogħlijiet immedjati fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa biex mil-lejla jerġa’ jiġi żgurat aċċess sigur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow