AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott fih, 'creatine malate' li huwa Ikel Ġdid “Novel Food" li mhuwiex awtorizzat.
Ikel ġdid huwa ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem b'mod sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta' Mejju 1997 u għalhekk jeħtieġ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni bir-reqqa qabel ma jkun jista' jidħol fis-suq tal-UE.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Food Supplement with sweeteners (Red Punch, Orange, Cola Flavours) | ![]() |
| Ditta: | Redweiler | |
| EAN: | 5901330046599 Red Punch 5901330046094 Orange 5901330046537 Cola | |
| Oriġini: | Il- Polonja | |
| Użin: | 480g | |
| Numru tal-Lott: | Lottijiet kollha | |
| Data tad-durabbiltà: | Dati kollha | |
![]() |
Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901

