Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Imniedi l-helpline 1779 għal vittmi ta’ revenge porn

PR261526
Date Icon 22/09/2026


Imnedija l-helpline 1779, linja ta' għajnuna dedikata għal persuni affettwati minn abbuż sesswali permezz ta' immaġini, inkluż t-tqassim jew it-theddida ta' tqassim ta' immaġini intimi mingħajr il-kunsens tal-persuna, magħruf ukoll bħala “revenge porn".

Is-servizz għandu l-għan li jipprovdi lil persuni li jkunu qed jesperjenzaw din il-forma ta' abbuż b'punt ta' kuntatt kunfidenzjali, mingħajr ġudizzju u aċċessibbli, fejn jistgħu jirċievu appoġġ emozzjonali, gwida ffukata fuq is-sigurtà u informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli għalihom.

Il-ħidma ta' 1779 tiffoka fuq il-ħtieġa li persuna li tkun għaddejja minn sitwazzjoni bħal din ma titħalliex tinnaviga waħedha f'mument ta' biża', inċertezza jew kriżi.

Dawn id-dettalji tħabbru t-Tlieta filgħodu mill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon li enfasizza l-importanza li jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni affettwati minn dan l-abbuż sesswali.

“Ejja nżommu f'moħħna l-impatt uman li jġib miegħu dan l-abbuż. Dawn l-immaġini jieħdu biss ftit sekondi biex jitqassmu iżda l-konsegwenzi tagħhom jibqgħu ma' dik il-persuna tul ħajjitha. Għalhekk inħeġġeġ lil kull min hu affettwat sabiex jegħleb il-biża', jiġi 'l quddiem u jingħata kull appoġġ li hemm bżonn," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Waqt l-istess konferenza kienu diskussi dawk ir-raġunijiet li jżommu persuni affettwati minn dan l-abbuż lura milli jfittxu l-għajnuna. Dawn jinkludu, il-biża' li jiġu akkużati jew ġġudikati, inkwiet dwar jekk humiex se jiġu emmnuti, jew il-biża' li r-rappurtar jista' jwassal biex l-immaġini tkompli tiġi maqsuma pubblikament.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), Alfred Grixti tkellem dwar l-importanza li s-servizzi soċjali jkomplu jirrispondu għal forom emerġenti ta' abbuż u għall-isfidi ġodda li qed jiffaċċjaw l-individwi u l-familji.

Is-Sur Grixti stqarr li persuni li jċemplu, jirċievu rispons kunfidenzjali u mingħajr ġudizzju, appoġġ emozzjonali u gwida ffukata fuq is-sigurtà, informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli, għajnuna biex jiġu identifikati l-passi prattiċi li jistgħu jittieħdu, kif ukoll riferiment jew gwida lejn servizzi rilevanti oħra.

Ritratti: DOI/FSWS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Imniedi l-helpline 1779 għal vittmi ta’ revenge porn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Imniedi l-helpline 1779 għal vittmi ta’ revenge porn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow