Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Fearne jippresiedi laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group u jiltaqa’ ma’ msieħba internazzjonali fi New York

PR261524
Date Icon 21/09/2026

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ippresieda laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG) fi New York, fil-kapaċità tiegħu bħala Chair tal-Grupp, qabel il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Qabel il-laqgħa, il-Ministru Fearne kellu wkoll laqgħa qasira mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Shirley Botchwey.

Il-laqgħa tas-CMAG, ippreseduta mill-Ministru Fearne, laqqgħet ministri u rappreżentanti ta’ pajjiżi membri tal-Commonwealth. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq il-ħidma kontinwa tal-Grupp biex iħares il-Commonwealth Charter u jappoġġa lill-pajjiżi membri fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem u mat-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi.

Fil-marġini tal-laqgħa, il-Ministru Fearne kellu laqgħa bilaterali ma’ Robert Oliphant, Segretarju Parlamentari għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kanada, fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York. Iż-żewġ naħat tennew ir-relazzjonijiet b’saħħithom u fit-tul bejn Malta u l-Kanada u ddiskutew opportunitajiet biex dawn ikomplu jissaħħu, fosthom permezz tal-kummerċ u l-investiment u aktar kuntatti politiċi ta’ livell għoli. Id-diskussjoni saret ukoll fl-isfond tar-rabtiet dejjem aktar mill-qrib bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea, li jkomplu joħolqu opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni anke fuq livell bilaterali.

Il-Ministru Fearne ltaqa’ wkoll ma’ Mirjana Spoljaric, President tal-International Committee of the Red Cross (ICRC). Il-laqgħa ffukat fuq l-impenn ta’ Malta favur il-prinċipji umanitarji u l-kooperazzjoni internazzjonali, biż-żewġ naħat jiddiskutu opportunitajiet konkreti għal kollaborazzjoni, fosthom fl-oqsma tas-saħħa u l-assistenza umanitarja, kif ukoll jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet umanitarji fir-reġjun.

Dawn l-impenji jagħmlu parti minn programm sħiħ ta’ laqgħat tal-Ministru Fearne matul il-Ġimgħa ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, u jirriflettu l-ħidma attiva ta’ Malta f’fora multilaterali, bilaterali u umanitarji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Fearne jippresiedi laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group u jiltaqa’ ma’ msieħba internazzjonali fi New York
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Fearne jippresiedi laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group u jiltaqa’ ma’ msieħba internazzjonali fi New York
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Fearne jippresiedi laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group u jiltaqa’ ma’ msieħba internazzjonali fi New York
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Fearne jippresiedi laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group u jiltaqa’ ma’ msieħba internazzjonali fi New York
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow