STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
PR261511
18/09/2026
L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali javża lir-residenti ta':
Pjazzetta Ġorġ Agius,
Triq Dr Louis Buttigieg,
Triq La Vallette,
Triq Lorenzo Zahra,
Trejqet Santinu Zahra,
Trejqet is-Simenta, u
Taraġ ix-Xwieni tal-Ordni, Il-Birgu
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Settembru, 2026, u jidher ukoll fis-sit web tal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi (address.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Latest Publications'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-15 ta' Settembru, 2026.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901