Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jintemm b’suċċess l-ewwel grupp tal-programm ta’ sigurtà fl-ilma għal tfal bl-awtiżmu

pr261440
Date Icon 07/09/2026

20 tifel u tifla, flimkien mal-ġenituri tagħhom, temmew b'suċċess l-ewwel edizzjoni tal-programm 'Water Safety for Autistic Kids and Parental Skills Programme'. Fi tmiem il-programm, il-parteċipanti ngħataw ċertifikat bħala rikonoxximent għall-impenn tagħhom matul is-sessjonijiet.


Preżenti għall-preżentazzjoni ta' dawn iċ-ċertifikati kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia. 

Din l-inizjattiva kompliet tibni fuq l-esperjenza tal-programm 'Just Keep Swimming' u kienet immirata lejn tfal bl-awtiżmu ta' bejn it-3 u l-5 snin. L-ewwel grupp kien magħmul mill-ewwel 20 applikant, li ngħataw għaxar sessjonijiet imfassla apposta skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Il-programm iffoka fuq il-ħiliet essenzjali marbuta mas-sigurtà fl-ilma, permezz ta' metodi adattati għall-ħtiġijiet sensorjali, ta' komunikazzjoni u ta' tagħlim ta' kull tifel u tifla. Il-parteċipazzjoni diretta tal-ġenituri kienet element ċentrali sabiex il-ħiliet miksuba jkunu jistgħu jkomplu jiġu msaħħa fid-dar.

L-importanza ta' inizjattivi bħal dawn hija sostnuta wkoll minn studji miċ-Ċentru Mediku Irving tal-Università ta' Columbia, li jindikaw li t-tfal bl-awtiżmu huma madwar 160 darba aktar probabbli li jmutu bl-għarqa minn tfal oħra.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat li, “Illum qed naraw ir-riżultat konkret ta' investiment immirat fit-tfal u fil-familji tagħhom. Permezz tal-għajnuna finanzjarja tal-Gvern, għamilna dan it-taħriġ speċjalizzat aċċessibbli mingħajr ħlas, sabiex l-ispiża ma tkunx ostaklu għall-parteċipazzjoni. Is-sigurtà fl-ilma hija ħila importanti għal kull tifel u tifla. Permezz ta' intervent bikri u taħriġ adattat, qed ngħinu lil dawn it-tfal isaħħu l-kunfidenza, l-awtonomija u l-ħiliet tagħhom, filwaqt li nagħtu lill-ġenituri għodod prattiċi li jistgħu jibqgħu jużaw fil-ħajja ta' kuljum."

Il-Ministru Farrugia spjegat li dan il-programm huwa allinjat mal-Viżjoni Malta 2050, li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-politika pubblika u tippromwovi soċjetà aktar inklussiva, ġusta u b'saħħitha.

“L-inklużjoni ma tfissirx biss li noħolqu servizzi, iżda li niżguraw li dawn ikunu aċċessibbli, imfassla skont il-ħtiġijiet tal-persuna u jwasslu għal titjib reali fil-kwalità tal-ħajja. Is-suċċess ta' dan l-ewwel grupp jimlina b'kuraġġ biex inkomplu ninvestu f'inizjattivi li jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tat-tfal u tal-familji tagħhom. Wara din il-fażi pilota, il-Gvern se jkun qed jaħdem biex il-programm jitwessa' fuq livell nazzjonali fl-iskejjel kollha, bi twettiq ta' wegħda oħra fil-manifest elettorali. B'hekk, aktar tfal bl-awtiżmu jkunu jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ adattat li jsaħħaħ is-sigurtà, l-awtonomija u l-benesseri tagħhom," temmet tgħid il-Ministru Julia Farrugia.

Dan il-proġett jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali, għat-tisħiħ tas-sigurtà u tal-awtonomija tat-tfal b'diżabilità, kif ukoll għall-parteċipazzjoni attiva tal-ġenituri fil-proċess tal-iżvilupp tat-tfal tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jintemm b’suċċess l-ewwel grupp tal-programm ta’ sigurtà fl-ilma għal tfal bl-awtiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jintemm b’suċċess l-ewwel grupp tal-programm ta’ sigurtà fl-ilma għal tfal bl-awtiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jintemm b’suċċess l-ewwel grupp tal-programm ta’ sigurtà fl-ilma għal tfal bl-awtiżmu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow