Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Festa Ħut f’Marsaxlokk b’ċelebrazzjoni tas-sajjieda u tal-prodott lokali

PR261427
Date Icon 04/09/2026

Il-Ministru Anton Refalo flimkien mal-Ministru Keith Azzopardi Tanti, ħabbru d-dettalji ta' Festa Ħut, li ser tittella' f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, fl-20 ta' Settembru bejn is-6:00pm u l-11:00pm.

Festa Ħut tiċċelebra s-settur tas-sajd Malti, tirrikonoxxi l-ħidma tas-sajjieda lokali u tqajjem aktar għarfien dwar il-kwalità u l-varjetà tal-ħut lokali, permezz ta' programm edukattiv, gastronomiku u ta' divertiment għall-familja kollha.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo qal li Festa Ħut hija okkażjoni importanti biex jiġi rikonoxxut il-kontribut tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. “Is-sajjieda tagħna huma parti importanti mill-identità marittima ta' pajjiżna u għandhom irwol essenzjali fil-provvista ta' prodott frisk u lokali. Permezz ta' Festa Ħut irridu nkomplu nagħtu valur lill-ħidma tagħhom u nħeġġu lill-konsumatur jiskopri aktar il-varjetà u l-kwalità tal-ħut lokali," qal il-Ministru Refalo.

Matul l-attività ser jingħataw ukoll numru ta' trofej bħala rikonoxximent għall-ħidma u d-dedikazzjoni tas-sajjieda lokali.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti saħaq fuq l-importanza tal-fondi Ewropej biex jiġu sostnuti inizjattivi li jsaħħu s-settur tas-sajd u jqarrbu l-prodott lokali lejn il-konsumatur. “Dan l-investiment mhux biss jiċċelebra l-prodott lokali, iżda jqajjem kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ibħra, jippromwovi konsum sostenibbli tal-ħut u jappoġġja lis-settur tas-sajd. Bħala Gvern kommessi li nkomplu nattiraw il-fondi Ewropej, ninvestuhom b'responsabbiltà u niżguraw li kull ewro jissarraf f'investiment konkret li jinħass fil-ħajja ta' kuljum tan-nies," qal il-Ministru Azzopardi Tanti.

Din is-sena ser tingħata attenzjoni partikolari lil speċijiet ta' ħut li għadhom mhumiex ikkunsmati biżżejjed, fosthom l-Aċċol, il-Kubrit, it-Tumbrell, is-Sawrell u ċ-Ċinturin. Chefs professjonali ser juru kif ħut lokali inqas magħruf jista' jiġi ppreparat u msajjar, bil-pubbliku jingħata wkoll l-opportunità li jduq il-prodott.

Il-Fish Hawkers ser ibiegħu ħut frisk direttament lill-pubbliku, filwaqt li ser ikun hemm stands edukattivi u informattivi, Kids Area, attivitajiet dwar is-sajd u boat tours minn Xatt is-Sajjieda.

Il-Main Stage ser joffri divertiment minn artisti lokali, filwaqt li l-BBQ Area u diversi stands kulturali ser ikomplu jżidu mal-esperjenza tal-attività.

Festa Ħut qed tittella' b'kofinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (EMFAF), bħala parti mill-ħidma biex jissaħħaħ is-settur tas-sajd, jiġi promoss il-prodott lokali u jiġi nkoraġġit konsum aktar varjat u sostenibbli tal-ħut.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Festa Ħut f’Marsaxlokk b’ċelebrazzjoni tas-sajjieda u tal-prodott lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Festa Ħut f’Marsaxlokk b’ċelebrazzjoni tas-sajjieda u tal-prodott lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Festa Ħut f’Marsaxlokk b’ċelebrazzjoni tas-sajjieda u tal-prodott lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow