Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jintemm il-Programm “Life Skills Lab” organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ matul is-sajf

pr261426
Date Icon 04/09/2026

Għat-tmiem tal-programm “Life Skills Lab" saret attività fil-binja tal-Aġenzija Żgħażagħ f'Santa Venera, fejn żgħażagħ fl-etajiet bejn il-11 u s-16-il sena li ħadu sehem f'dan il-proġett kellhom l-opportunità jesebixxu l-proġetti, l-esperjenzi u l-ħiliet li kisbu matul dan il-programm. L-attivitajiet li kellhom iż-żgħażagħ, li mhumiex fil-forma ta' edukazzjoni formali, huma intiżi biex jgħinu fl-iżvilupp personali, soċjali u edukattiv tagħhom.

Il-Programm Life Skills Lab huwa kontribuzzjoni diretta għat-twettiq tal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ Lejn l-2030, hekk kif dan il-programm jenfasizza fuq il-benesseri tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, l-inklużjoni, l-iżvilupp personali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-opportunitajiet għal edukazzjoni mhux formali ta' livell għoli.

Waqt din l-attività, il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia qassam iċ-ċertifikati ta' parteċipazzjoni ta' dan il-programm.

F'diskors li għamel il-Ministru Farrugia qal li “Like Skills Lab kienet inizjattiva għaż-żgħażagħ, fejn ingħataw opportunità għalihom sabiex jiskopru talenti ġodda, ħbieb ġodda, opportunitajiet ġodda u inizjattivi ġodda. Il-frott li jħallu programmi bħal dawn huwa l-akbar sodisfazzjon tagħna, li naraw li ż-żgħażagħ jibqgħu mexjin 'il quddiem u jibnu l-futur tagħhom."

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ Jason Zammit qal kif din kienet ċelebrazzjoni taż-żgħożija fejn numru ta' żgħażagħ li pparteċipaw fil-programmi ta' Aġenzija Żgħażagħ urew il-ħiliet tagħhom, ħiliet li kisbu u ħiliet li se jibqgħu jużaw tul ħajjithom kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jintemm il-Programm “Life Skills Lab” organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ matul is-sajf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jintemm il-Programm “Life Skills Lab” organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ matul is-sajf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jintemm il-Programm “Life Skills Lab” organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ matul is-sajf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow