Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Nibnu Reżiljenza Finanzjarja: Konsultazzjoni pubblika dwar il-kapaċità finanzjarja

PR261422
Date Icon 03/09/2026

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja fetaħ konsultazzjoni pubblika ta’ sitt ġimgħat dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Kapaċità Finanzjarja 2026-2031. Dan bil-għan li jkun hemm strateġija fit-tul, mgħammra b’għodod u opportunitajiet, sabiex iktar persuni jkunu f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati.

Din l-istrateġija tistabbilixxi direzzjoni ċara għall-ħidma fis-snin li ġejjin, issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-partijiet involuti u tippromwovi approċċ imsejjes fuq l-evidenza, ir-riċerka u l-kollaborazzjoni.

Il-kapaċità finanzjarja ma tinvolvix biss kif jintefqu l-flus, iżda tgħin ukoll individwi jagħmlu għażliet infurmati u bil-għaqal, jippjanaw għall-futur, jevitaw riskji bla bżonn u jkollhom aktar kontroll fuq ħajjithom. 

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon li matulha għamel emfasi għall-importanza t’għaqal fejn tidhol sostenibbiltà, ppjanar u mmaniġġjar tal-finanzi. “Qed inkomplu nsaħħu l-istrutturi kollha sabiex nipprovdu informazzjoni, għodod u ħiliet għal persuni li jixtiequ iktar għajnuna dwar is-suġġett.  Irridu nkunu reżiljenti u nħejju qafas li jgħin lil uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri sabiex jifhmu l-importanza ta’ ppjanar fit-tul fejn jidħol finanzjament,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.   

Min-naħa tiegħu ċ-Chairperson tal-Grupp għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet, Mark Musu esprima s-sodisfazzjon għall-mod illi l-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp, sabiex joħloq il-ħolqien ta’ servizz ta’ pariri dwar id-dejn (Debt Advice) – Flusi Malta. Dan is-servizz ser ikun qed joffri appoġġ professjonali lil individwi u familji li jeħtieġu gwida u assistenza marbuta mad-dejn, li jinkludu wkoll ħlasijiet pendenti ta’ kontijiet.

“Biex servizz bħal dan ikun sostenibbli, irid ikun imsejjes fuq professjonisti kompetenti u kwalifikati. Għalhekk, b’kollaborazzjoni mal-MCAST, ġie żviluppat programm akkreditat li pprovda taħriġ speċjalizzat lill-professjonisti li se jkunu fuq quddiem nett fit-twassil tas-servizz. Illum għandna l-pjaċir nirrikonoxxu lill-ewwel grupp ta’ konsulenti kwalifikati dwar id-dejn”, stqarr is-Segretarju Permanenti Mark Musu.

Dawn l-inizjattivi nibtu minn ĠEMMA, il-pjattaforma ta’ finanzjament b’għaqal fi ħdan il-Ministeru Soċjali,  flimkien mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-MCAST u l-European Consumer Debt Network li kien ta’ valur kbir fit-tfassil tas-servizzi mnedija. 

Għal aktar dettalji dwar il-konsultazzjoni pubblika wieħed jista’ jżur: https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2026/NL-0028-2026.aspx.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Nibnu Reżiljenza Finanzjarja: Konsultazzjoni pubblika dwar il-kapaċità finanzjarja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Nibnu Reżiljenza Finanzjarja: Konsultazzjoni pubblika dwar il-kapaċità finanzjarja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Nibnu Reżiljenza Finanzjarja: Konsultazzjoni pubblika dwar il-kapaċità finanzjarja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow