Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar is-service charge qabel jordnaw – l-MCCAA

PR261418
Date Icon 03/09/2026

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tfakkar lill-konsumaturi li għandhom jiġu infurmati b'mod ċar dwar kwalunkwe service charge applikabbli qabel ma jagħmlu l-ordni tagħhom.

Kwalunkwe service charge applikabbli għandha tkun indikata b'mod ċar u viżibbli fuq il-menu jew il-lista tal-prezzijiet li tkun disponibbli għall-konsumatur qabel ma jagħmel l-ordni. B'dan il-mod, il-konsumatur ikun jaf minn qabel bil-ħlasijiet applikabbli u jkun jista' jieħu deċiżjoni infurmata.

L-MCCAA tenfasizza li l-konsumatur m'għandux isir jaf għall-ewwel darba bis-service charge meta jirċievi l-kont. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet, inkluż kwalunkwe ħlas addizzjonali obbligatorju, għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni.

Għaldaqstant, l-Awtorità tħeġġeġ lir-ristoranti u stabbilimenti oħra tal-catering sabiex jirrevedu l-menus u l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tagħhom u jiżguraw li kwalunkwe service charge tkun ikkomunikata b'mod ċar lill-konsumaturi qabel ma dawn jagħmlu l-ordni tagħhom.

Min-naħa tagħhom, il-konsumaturi huma mħeġġa jiċċekkjaw il-menu u l-ħlasijiet applikabbli qabel jordnaw. Kull min jemmen li ġiet applikata service charge mingħajr ma kien infurmat b'mod adegwat minn qabel jista' jikkuntattja lill-MCCAA (mccaa.org.mt) u jipprovdi d-dettalji u d-dokumentazzjoni rilevanti, inkluż, fejn disponibbli, kopja tal-menu u tal-irċevuta.

L-MCCAA se tkompli ssegwi l-prattiki fis-suq u tieħu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow