Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Atleti Maltin u barranin fl-Urban Sports Festival fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru

PR261416
Date Icon 03/09/2026

Bejn il-11 u t-13 ta' Settembru li ġej fil-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa se ssir edizzjoni oħra  tal-Urban Sports Festival bil-parteċipazzjoni ta' atleti Maltin u atleti minn sitt pajjiżi barranin.

Dan tħabbar mill-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia meta kien qed iniedi dan il-Festival li matulu se jsiru kompetizzjonijiet għal atleti li jipprattikaw il-BMX, skateboarding, scooter, roller skating, parkour, breaking, panna football u 3x3 basketball.

Minbarra l-atleti Maltin fil-Festival se jipparteċipaw ukoll atleti oħra ġejjin mill-Greċja, l-Kolumbja, il-Latvja, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġermanja u Franza.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Farrugia qal li l-Urban Sports Festival se jkun, “okkażjoni matul il-weekend fejn il-familji jistgħu jiġu fl-iskatepark mill-isbaħ ta' Birżebbuġa fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jikkompetu f'dixxiplini sportivi differenti f'atmosfera attraenti għall-familja kollha. Inħares 'il quddiem biex iż-żgħażagħ jingħataw dawn l-ispazji mistħoqqa lilhom fejn il-benesseri tagħhom titjieb ma' kull ġurnata illi tgħaddi."

Tkellmet ukoll il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, Fundatriċi u Executive Chairperson ta' The Malta Trust Foundation, li laqgħet b'sodisfazzjon din l-inizjattiva annwali, fl-Iskatepark ta' Birżebbuġa, mibni minn The Malta Trust Foundation. “Huwa ta' sodisfazzjoni għaliex inizjattiva bħal din tpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ħidma nazzjonali għall-wellbeing u l-iżvilupp tagħhom." Hija qalet li l-isport għandu poter uniku li jgħaqqad lin-nies, jibni l-kunfidenza, isaħħaħ il-ħiliet soċjali u jippromwovi saħħa fiżika u mentali pożittiva.

Dr Coleiro Preca enfasizzat li festivals bħal dan mhux biss joffru pjattaforma għall-atleti biex juru t-talenti tagħhom, iżda joħolqu wkoll spazji siguri u inklużivi fejn iż-żgħażagħ jistgħu jesprimu ruħhom, jibnu relazzjonijiet pożittivi u jiżviluppaw sens akbar ta' appartenenza fil-komunità tagħhom.

“Meta ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna permezz tal-isport, inkunu qegħdin ninvestu f'soċjetà aktar b'saħħitha, aktar reżiljenti u aktar inklużiva. L-Urban Sports Festival huwa eżempju ċar ta' kif il-passjoni, it-talent u l-parteċipazzjoni attiva jistgħu jwasslu għal opportunitajiet ġodda u għal futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri," qalet Dr Coleiro Preca.

Hija rringrazzjat lill-Ministeru, lill-organizzaturi u lill-entitajiet kollha involuti għall-impenn tagħhom favur inizjattivi li jħeġġu stil ta' ħajja attiv, il-wellbeing, u l-inklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ f'Malta u Għawdex.

Min-naħa tieħu, il-President tal-Malta Streets Sports Alliance Karl Naja spjega kif dan il-festival se jkun magħmul minn kompetizzjonijiet varji, kemm dawk għal kompetituri iżjed ġodda kif ukoll dawk iżjed avvanzati. Naja qal ukoll kif is-Sibt ser jikkompetu wkoll kompetituri barranin li se jkomplu jelevaw il-livell tal-festival filwaqt li anke jipprovdu għajnuna biex kompetituri Maltin ikunu jistgħu jgħollu l-livell tagħhom. Huwa kompla billi qal kif il-Ħadd 13 ta' Settembru, it-tfal jistgħu jippruvaw xi sports ma' coaches professjonali u jistgħu jagħmlu dan billi jirreġistraw fuq mssa.mt.

L-attività ser tkun miftuħa għall-familja kollha, bla ħlas, fejn se jkun hemm żoni għat-tfal kif ukoll animators fiż-żona tant pittoreska tal-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Atleti Maltin u barranin fl-Urban Sports Festival fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Atleti Maltin u barranin fl-Urban Sports Festival fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Atleti Maltin u barranin fl-Urban Sports Festival fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Atleti Maltin u barranin fl-Urban Sports Festival fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow