Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiġu estiżi l-ħinijiet tas-servizz Silver T biex joffri aktar flessibbiltà lill-anzjani

PR261404
Date Icon 02/09/2026

Il-ħinijiet tas-servizz Silver T ġew estiżi bil-għan li l-anzjani jingħataw aktar flessibbiltà u aċċess aħjar għat-trasport, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-qadi tagħhom fil-komunità b'mod aktar indipendenti.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva, Deo Debattista fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Renzo Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Steve Agius, u r-rappreżentant tas-servizz tas-Silver T, Yaser Teebi.

L-estensjoni tal-ħinijiet tas-servizz Silver T hija wegħda tal-manifest Int Malta li qed titwettaq fl-ewwel mitt jum ta' dan il-Gvern. Din il-miżura tkompli ssaħħaħ l-impenn tal-Gvern favur anzjanità aktar attiva, indipendenti u dinjituża.

Is-servizz Silver T jipprovdi trasport bla ħlas lil persuni li għandhom aktar minn sittin sena u li jeħtieġu assistenza biex iwettqu l-qadi tagħhom fil-komunità. Permezz tiegħu, l-anzjani jistgħu jmorru f'postijiet bħall-bank, is-suq, is-supermarket, iċ-ċentri tas-saħħa u l-Kunsilli Lokali, fost oħrajn, mingħajr ma jkollhom jiddependu kontinwament fuq il-familjari jew il-ħbieb tagħhom.

Dan is-servizz issa qed jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 a.m. sal-4.30 p.m., minflok sas-2.00 p.m. Is-servizz qed jopera wkoll is-Sibt filgħodu, sabiex joffri aktar għażliet u flessibbiltà lill-anzjani li jagħmlu użu minnu.

Mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Ġunju, permezz tas-servizz Silver T saru aktar minn 33,000 vjaġġ, filwaqt li madwar elf persuna jagħmlu użu mis-servizz kull xahar. Minn meta tnieda fl-2019, is-servizz kompla jikber u llum huwa disponibbli fuq livell nazzjonali, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal li l-estensjoni tal-ħinijiet hija parti minn viżjoni politika li tqiegħed l-indipendenza, id-dinjità u l-parteċipazzjoni tal-anzjani fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tal-Gvern. “Għal dan il-Gvern, l-anzjanità attiva mhijiex sempliċiment slogan, iżda politika li qed insarrfu f'servizzi konkreti li jagħmlu differenza fil-ħajja ta' kuljum tan-nies. Is-servizzi tagħna jridu jadattaw għall-ħajja u għall-ħtiġijiet tal-anzjani, mhux l-anzjani jkollhom jadattaw għas-servizzi," qal is-Segretarju Parlamentari.

Huwa żied jgħid li wara kull vjaġġ hemm persuna li setgħet tattendi appuntament, twettaq il-qadi tagħha jew tibqa' attiva fil-komunità, kif ukoll familja li kellha s-serħan il-moħħ li l-qarib tagħha seta' jasal fejn kellu bżonn b'mod sigur.

Is-Segretarju Permanenti Renzo Degabriele sostna li din l-estensjoni tirrifletti l-impenn kontinwu tal-Gvern biex ikompli jinvesti f'servizzi komunitarji aktar aċċessibbli, flessibbli u ċċentrati fuq il-persuna.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Steve Agius spjega li l-estensjoni tal-ħinijiet se tippermetti li s-servizz jirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet tal-anzjani u toffrilhom aktar għażla meta jiġu biex jippjanaw l-appuntamenti u l-qadi tagħhom.

Is-servizz għandu jiġi bbukkjat mill-inqas tlett ijiem qabel il-ġurnata li fiha jkun meħtieġ it-trasport. Aktar informazzjoni dwar Silver T u servizzi oħra offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità hija disponibbli mis-servizzi ta' informazzjoni tal-aġenzija u mis-sit elettroniku aacc.gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiġu estiżi l-ħinijiet tas-servizz Silver T biex joffri aktar flessibbiltà lill-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiġu estiżi l-ħinijiet tas-servizz Silver T biex joffri aktar flessibbiltà lill-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiġu estiżi l-ħinijiet tas-servizz Silver T biex joffri aktar flessibbiltà lill-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiġu estiżi l-ħinijiet tas-servizz Silver T biex joffri aktar flessibbiltà lill-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow