STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ L-awtoritajiet Maltin qed ikomplu jsegwu mill-qrib is-sitwazzjoni fin-Nepal
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma rċieva l-ebda rapport dwar ċittadini Maltin li huma nieqsa jew li kienu involuti fit-traġedja li seħħet fin-Nepal.
Il-Ministeru ħa nota tar-rapporti li qed jiċċirkolaw u li fihom issemmew erba’ persuni bħala ċittadini Maltin li ġew salvati. L-awtoritajiet Maltin qeghdin f’kuntatt mal-konslu f’Khatmanu u ma’ awtoritajiet tan-Nepal. Sa issa ma ġie identifikat l-ebda ċittadin Malti li jaqbel mal-ismijiet irrappurtati.
L-awtoritajiet Maltin qed ikomplu jivverifikaw l-informazzjoni disponibbli u jibqgħu f’kuntatt mal-awtoritajiet konċernati, filwaqt li l-Ministeru se jkompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u b’mod attiv.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tan-Nepal f’dan il-mument diffiċli u jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta’ dawk li tilfu ħajjithom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261919
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...
PR261918