Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

pr261389
Date Icon 28/08/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tal-operatur. Il-prodott imsemmi hawn taħt ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.

Persuni infettati bis-Salmonella tipikament jiżviluppaw sintomi bejn 12 u 36 siegħa wara l-infezzjoni, iżda dan jista' jvarja minn 6 sa 72 siegħa. L-aktar sintomu komuni huwa d-dijarea, li xi kultant tista' tkun bid-demm. Sintomi oħra jistgħu jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ ta' żaqq. Is-sintomi normalment idumu bejn 4 u 7 ijiem. F'każijiet fejn id-dijarea tkun severa, jista' jkun meħtieġ li l-persuna tiddaħħal l-isptar. L-anzjani, it-trabi u dawk b'sistema immunitarja dgħajfa huma aktar f'riskju li jiżviluppaw sintomi severi.

Prodott:“Seed Mix"
Ditta:SuperValu
Numri tal-Lottijiet:Data tad-durabbiltà:

163

166

191

05/2027

05/2027

06/2027

Użin:200g
SuperValu Seed Mix (200 g) Image 1 of 2

 Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah. 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  ’Il fuq minn 6,000 persuna rċevew l-għajnuna tal-Victim Support Agency fl-ewwel ħames snin mit-twaqqif tagħha

PR261918

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ ’Il fuq minn 6,000 persu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow