Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tniedi l-Istaġun Sinfoniku 2026-2027

PR261381
Date Icon 27/08/2026

L-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) nediet l-Istaġun Sinfoniku għas-sena 2026/27, bi programm ambizzjuż li jgħaqqad repertorju sinfoniku ta' livell għoli, diretturi u solisti ta' fama internazzjonali, filwaqt li jkompli jagħti prominenza lill-mużika Maltija.

L-istaġun jibni fuq it-tkabbir artistiku tal-Orkestra matul dawn l-aħħar snin u jkompli jsaħħaħ il-viżjoni tagħha favur l-eċċellenza artistika, l-internazzjonalizzazzjoni u t-tkabbir tal-udjenzi.

Fost is-serati ewlenin hemm Beethoven200, sensiela ddedikata lil Ludwig van Beethoven fl-okkażjoni tal-200 anniversarju mill-mewt tiegħu. Taħt id-direzzjoni ta' Wolfram Christ, l-MPO se tippreżenta sensiela ta' xogħlijiet tal-kompożitur, b'kollaborazzjonijiet ma' solisti internazzjonali fosthom Freddy Kempf, Martina Meola, Pietro De Maria u Nikola Meeuwsen. Is-sensiela tilħaq il-qofol tagħha bil-preżentazzjoni tad-Disa' Sinfonija f'Għawdex.

Il-programm tal-istaġun jinkludi wkoll repertorju minn kompożituri ewlenin fosthom Bruckner, Mahler, Shostakovich, Britten, Prokofiev, Mozart, Schumann, Tchaikovsky, Dvořák, Sibelius, Ravel, Strauss u Schubert, filwaqt li l-Orkestra se tkompli tagħti spazju lill-mużika Maltija u lill-kollaborazzjonijiet ma' entitajiet kulturali oħra.

Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea qal li l-Orkestra għandha rwol li jmur lil hinn mill-eċċellenza artistika. “Dan il-programm huwa xhieda ta' kif l-Orkestra Nazzjonali qed tkompli timmira lejn l-ogħla livelli artistiċi u ssaħħaħ il-preżenza internazzjonali tagħha, u fl-istess waqt tkun dejjem eqreb lejn in-nies. Il-kultura hija parti mill-kwalità tal-ħajja tagħna, u permezz tal-mużika nistgħu noħolqu mumenti fejn il-familji u l-ħbieb jiltaqgħu, jirrilassaw u jgawdu esperjenza kulturali flimkien," temm jgħid il-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, Vanessa Mangion, qalet li, “L-istorja tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta baqgħet tikber – bi tkabbir artistiku, passjoni u impenn lejn il-mużika. Il-programm li ħejjejna għal dan l-istaġun huwa interessanti ħafna, b'solisti ta' fama internazzjonali li se jingħaqdu mal-Orkestra u diversi diretturi mużikali li se jkomplu jkabbru l-isem u l-għarfien prestiġjuż tal-Orkestra tagħna. B'hekk inkomplu nsaħħu l-viżjoni tagħna ta' prestiġju, internazzjonalizzazzjoni u tkabbir tal-udjenza."

L-Istaġun Sinfoniku 2026/27 se jibda f'Settembru 2026 u jibqa' għaddej sa Lulju 2027, u se jara lill-MPO tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta u bħala ambaxxatriċi tal-eċċellenza kulturali Maltija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tniedi l-Istaġun Sinfoniku 2026-2027
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tniedi l-Istaġun Sinfoniku 2026-2027
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tniedi l-Istaġun Sinfoniku 2026-2027
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow