AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott li ġej m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ġellewż, peress li l-prodott fih proteini tal-ġellewż li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-Prodott: ‘Preparato per Torte’
‘Senza Glutine’
Ditta: Amo Essere
Użin: 400g
Numru tal-Lott: L26042
Data tad-durabbiltà: 28/02/28
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922