Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Camilleri jiltaqa’ mal-atleti Maltin tal-ibburdjar qabel il-Palermo-Montecarlo Regatta

PR261345
Date Icon 14/08/2026
  • Wara rebħiet u podji internazzjonali, it-tim nazzjonali Malti jħejji għall-Palermo-Montecarlo Regatta

It-tim nazzjonali Malti, permezz ta' Viva Malta, se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Palermo-Montecarlo Regatta, waħda mit-tlielaq offshore ewlenin fil-kalendarju internazzjonali tal-ibburdjar fil-Mediterran, hekk kif ikompli jibni fuq sensiela ta' riżultati pożittivi miksuba matul din is-sena.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri ltaqa' mal-membri tat-tim qabel din l-isfida li jmiss u awguralhom kull suċċess hekk kif se jerġgħu jirrappreżentaw lil Malta f'kompetizzjoni internazzjonali ta' livell għoli.

Il-Ministru Camilleri qal li r-riżultati miksuba minn Viva Malta qed juru l-valur ta' investiment immirat fl-iżvilupp tal-atleti u fl-isport ta' prestazzjoni għolja.

“Qed naraw atleti Maltin jikkompetu mal-aqwa u jiksbu riżultati internazzjonali. Dan huwa l-għan wara investiment strateġiku fl-isport: li noħolqu l-opportunitajiet u nagħtu l-għodod lill-atleti tagħna biex jilħqu livelli dejjem ogħla. Ir-riżultati miksuba fir-Roma Per Tutti, it-Tre Golfi u l-Giraglia jagħtuna aktar determinazzjoni biex inkomplu ninvestu f'dan il-proġett. Issa nawgura lit-tim kull suċċess fil-Palermo-Montecarlo Regatta, hekk kif ikompli jirrappreżenta lil Malta u jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala nazzjon marittimu b'potenzjal sportiv qawwi," qal il-Ministru Camilleri. Huwa tenna li ser ikomplu jaħdmu flimkien mal-Federazzjoni għall-ġid ta' dan l-isport.

Il-Viva Malta National Offshore Sailing Project tnieda bħala inizjattiva nazzjonali mmexxija minn Yachting Malta, bl-appoġġ tal-Gvern ta' Malta, SportMalta u l-Malta Sailing Federation, bil-għan li Malta jkollha tim tal-ibburdjar offshore kapaċi jikkompeti fl-ogħla livelli internazzjonali. 

Il-proġett qed joħloq opportunitajiet għall-baħħara Maltin biex jikkompetu fuq livell internazzjonali, filwaqt li jibni rotta għall-iżvilupp ta' atleti ta' prestazzjoni għolja, iħeġġeġ aktar żgħażagħ lejn l-ibburdjar u jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta bħala ċentru għall-isport marittimu.

F'April li għadda, Viva Malta għamlet id-debutt internazzjonali tagħha fir-Roma Per Tutti Offshore Race, fejn kisbet riżultat storiku bir-rebħ tal-Line Honours, l-IRC Overall u l-ORC Overall.

Wara dan is-suċċess, it-tim ħa sehem fit-Tre Golfi Sailing Week kontra wħud mill-aktar crews kompetittivi fix-xena internazzjonali. Il-kampanja kompliet fit-73 edizzjoni tal-Loro Piana Giraglia Race, fejn Viva Malta kisbet it-tielet post fil-klassi ORC O, u b'hekk kompliet iżżid mar-riżultati internazzjonali tagħha.

Għall-Palermo-Montecarlo Regatta, it-tim se jkun immexxi mill-iskippers Nicky Fenech u Matthew Micallef, flimkien mal-Boat Captain Ramon Sant Hill. Il-crew huwa magħmul minn Angele Vella, Andrea Vella, Nicky Vassallo, Zack Mackay, Daniel Bartolo, Isaac Saliba, Dario Schembri u Liam Grech.

Ritratti: MES

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Camilleri jiltaqa’ mal-atleti Maltin tal-ibburdjar qabel il-Palermo-Montecarlo Regatta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Camilleri jiltaqa’ mal-atleti Maltin tal-ibburdjar qabel il-Palermo-Montecarlo Regatta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow