Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: iż-żgħażagħ jiċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-volontarjat

PR261341
Date Icon 13/08/2026

Numru ta' żgħażagħ iċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-ispirtu komunitarju waqt festival organizzat fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, li sar f'Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar.

Il-festival ġie mfassal u organizzat minn grupp ta' voluntiera żgħażagħ bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) u l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA), bħala parti mill-inizjattiva internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti li kull sena, fit-12 ta' Awwissu, tagħti ġieħ lill-kontribut taż-żgħażagħ fis-soċjetà.

Din l-attività ffurmat parti minn moviment globali li jagħraf ir-rwol importanti taż-żgħażagħ fil-komunitajiet tagħhom, filwaqt li toffrilhom spazju fejn jesprimu l-ideat tagħhom, jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jsaħħu r-rabtiet ma' oħrajn.

Organizzat madwar it-tema tal-parteċipazzjoni attiva u l-kreattività, il-festival offra firxa ta' attivitajiet immirati biex iġibu lin-nies flimkien f'ambjent ta' pjaċir u inklussiv. Fosthom kien hemm wirjiet ta' mużika live, workshops kreattivi, stands immexxija minn żgħażagħ b'diversi interessi u inizjattivi differenti, kif ukoll wirja artistika li tat prominenza lill-espressjoni kreattiva tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Il-festival serva wkoll bħala pjattaforma fejn iż-żgħażagħ setgħu juru l-ħiliet u l-proġetti tagħhom lill-pubbliku, filwaqt li ħoloq opportunitajiet ġodda ta' networking, kollaborazzjoni u involviment fil-ħajja komunitarja.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia spjegat kif, “Meta ninvestu fiż-żgħażagħ inkunu qed ninvestu fil-futur tal-pajjiż. Dan il-gvern jemmen li ż-żgħażagħ għandhom ikunu protagonisti fit-tfassil tal-komunitajiet tagħna, u għalhekk nibqgħu noħolqu aktar opportunitajiet fejn jistgħu jesprimu t-talenti tagħhom, jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jagħtu s-sehem tagħhom permezz tal-volontarjat u l-parteċipazzjoni attiva. Avvenimenti bħal dawn juru biċ-ċar li meta nagħtu spazju liż-żgħażagħ, huma kapaċi jmexxu inizjattivi li jagħmlu differenza reali fil-komunità."

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat u l-EUPA rringrazzjaw lill-voluntiera kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-attività u ħeġġew aktar żgħażagħ biex ikomplu jinvolvu ruħhom f'inizjattivi li jsaħħu l-komunitajiet u jippromwovu kultura ta' parteċipazzjoni attiva. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: iż-żgħażagħ jiċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-volontarjat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: iż-żgħażagħ jiċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-volontarjat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: iż-żgħażagħ jiċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-volontarjat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: iż-żgħażagħ jiċċelebraw il-kreattività, it-talenti u l-volontarjat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow