Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Gvern iżid l-għajnuna lil tfal u żgħażagħ bid-dijabete fis-sajf

PR261339
Date Icon 12/08/2026

Wara li kmieni din is-sena l-Gvern beda jagħti pompi tal-insulina b'xejn lil tfal u żgħażagħ li jgħixu bid-dijabete, il-Ministeru għas-Saħħa issa qed iżidilhom ir-riżorsi biex jieħdu dan it-trattament b'aktar kumdità, speċjalment fix-xhur tas-sajf.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg ħabbar li dawk imwielda fis-sena 2007 u wara u jgħixu bid-dijabete tat-tip 1, u pazjenti li jiżviluppaw id-dijabete wara li jkunu għamlu interventi ta' tneħħija tal-frixa, se jibdew jingħataw settijiet addizzjonali tal-infużjoni u cartridges (consumables) meħtieġa biex jużaw il-pompa tal-insulina b'aktar kumdità anke fis-sajf.

Permezz ta' dan l-investiment addizzjonali, dawn il-persuni jkunu jistgħu jieħdu t-trattament b'mod aħjar, peress li fis-sajf dawn is-settijiet ta' consumables tal-pompa tal-insulina jkollhom bżonn jinbidlu aktar ta' spiss. B'hekk, dawn il-persuni jkollhom aktar serħan il-moħħ, filwaqt li jgawdu s-sajf b'inqas diffikultajiet, speċjalment l-għawm. Fil-fatt, qed jirċievu wkoll dressings reżistenti għall-ilma, li jkomplu jgħinu f'dan it-trattament.

Id-Deputat Prim Ministru qal li din l-għajnuna se tkompli ttejjeb il-ħajja għal dawk li jgħixu bid-dijabete tat-tip 1. “Wara li bdew jirċievu l-pompi tal-insulina b'xejn, l-awtoritajiet tas-saħħa komplew isegwu l-benessere ta' dawn it-tfal u żgħażagħ u minn dak li smajna mingħandhom ħassejna l-bżonn li nkomplu nagħtuhom aktar riżorsi biex jilqgħu għall-kundizzjonijiet tas-sajf," spjega Dr Borg.

“Dan il-proċess ta' titjib kontinwu huwa essenzjali biex noffru servizzi tas-saħħa aħjar. Huwa proċess li jirrikjedi kollaborazzjoni bejn dawk kollha involuti f'dan il-qasam, mhux l-inqas dawk kollha li jkunu qed jirċievu t-trattamenti u s-servizzi li noffru – kollaborazzjoni li minnha jibbenefika kulħadd," huwa żied jgħid.

M'Claire Catanzaro, li hija Paediatric Practice Nurse, saħqet li dawn il-bidliet qed jagħmlu differenza tanġibbli f'ħajjet dawn it-tfal u ż-żgħażagħ. “Din il-pompa tagħmel differenza kbira għaliex, fejn qabel it-tfal kienu jittaqqbu mal-ħames darbiet kuljum, permezz ta' din id-device mhux biss se titnaqqas l-iskumdità, iżda se jkollhom aktar libertà u flessibbiltà fil-ħajja ta' kuljum," spjegat Catanzaro.

Fi Frar 2026, il-Gvern ħabbar pompi tal-insulina u l-consumablesrelatati b'xejn lil dawk imwielda fis-sena 2007 jew wara u jgħixu bid-dijabete tat-tip 1, u pazjenti li jiżviluppaw id-dijabete wara li jkunu għamlu interventi ta' tneħħija tal-frixa. Infetħu wkoll żewġ kliniċi tal-pompi tal-insulina fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, sabiex jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil dawn il-persuni. Il-Ministeru għas-Saħħa nieda wkoll servizz t'għajnuna teknika bit-telefown 24 siegħa kuljum, fejn dawn il-persuni jkunu jistgħu jitkellmu ma' infermiera u tobba speċjalizzati fil-qasam.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Gvern iżid l-għajnuna lil tfal u żgħażagħ bid-dijabete fis-sajf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Gvern iżid l-għajnuna lil tfal u żgħażagħ bid-dijabete fis-sajf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Gvern iżid l-għajnuna lil tfal u żgħażagħ bid-dijabete fis-sajf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow