Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru

PR261335
Date Icon 11/08/2026

Fl-20 ta’ Settembru, fil-Ħal Far Motor Way, se jsir The Malta Motorsport Federation Festival Għall-istrina, fuq idea ta’ The Malta Motorsport Federation. 

Organizzat mill-istess Federazzjoni flimkien mal-Malta Community Chest Fund (MCCF), li se tibbenefika mid-dħul, din l-inizjattiva ġdida se tiġbor flimkien mijiet ta’ karozzi lussużi, sportivi u klassiċi, kif ukoll muturi u trakkijiet f’post wieħed għal dik li mistennija tkun waħda mill-ikbar attivitajiet tax-xorta tagħha f’Malta. 

L-attività tnediet fil-Ħal Far Race Way, fejn se ssir l-attività, waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, u Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation. 

Il-President fissret kif dan il-festival nibet mix-xewqa li tingħaqad il-passjoni ta’ eluf ta’ dilettanti lokali tal-motorsport ma’ għan nobbli b’risq il-Malta Community Chest Fund.

L-Eċċellenza Tagħha aċċennat il-ħidma li ilha għaddejja għal diversi xhur biex din l-attività tinkorpora fiha diversi elementi u jkun żgurat li dawk kollha li jattendu jgawdu ġurnata sħiħa ta’ divertiment għall-familja kollha.

Fuq kollox, il-President Myriam Spiteri Debono enfasizzat li din l-attività qed issir biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund, biex tkompli taqdi l-missjoni tagħha li tgħin lil dawk kollha li jirrikorru għandha għal-għajnuna.

Min-naħa tiegħu Duncan Micallef spjega kif matul The Motorsport Federation Festival Għall-istrina it-trakka tal-kwart ta’ mil se tinbidel b’wirja statika ta’ ammont kbir ta’ karozzi, waqt li fl-istess ħin se jkunu għaddejjin ukoll spettakli tal-karozzi, fosthom wirja ta’ drag racing organizzata mill-Malta Drag Racing Association.

Il-Festival se jkun mifrux matul il-ġurnata kollha, u dawk li jattendu jistgħu jagħmlu użu wkoll minn car simulators, go karting u attivitajiet għall-familja li jinkludu ikel, xorb u divertiment. Diversi importaturi lokali tal-karozzi wkoll ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom, billi jesebixxu l-vetturi.

Il-biljetti huma disponibbli diġà fuq is-sit showshappening.com, għal €10 għall-adulti u €5 għat-tfal.

Sidien ta’ vetturi, kemm dawk li huma membri ta’ klabbs kif ukoll dawk li mhumiex u li jixtiequ jkunu parti minn din l-attività billi jesebixxu jistgħu jagħmlu dan billi jiksbu biljett apposta minn fuq is-sit showshappening.com.

The Motorsport Federation Festival Għall-istrina  hu possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ Transport Malta, LESA, il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jassistu fl-organizzazzjoni ta’ din l-attività. Din l-attività hi appoġġjata wkoll mis-Social Causes Fund, Enemed, Visit Malta, Malta Drag Racing Association u l-Malta Motorsport Federation.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow