Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ċentru ġdid għall-edukazzjoni bikrija jkompli jsaħħaħ is-servizzi għat-tfal u l-familji

PR261333
Date Icon 11/08/2026

Ċentru ġdid għall-edukazzjoni bikrija Seba' Sema f'Kull Staġun, fetaħ il-bibien tiegħu u ser ikompli jsaħħaħ is-servizzi offruti lit-tfal u lill-familji. Iċ-ċentru ser jipprovdi ambjent sigur, inklużiv u ffukat fuq l-iżvilupp ta' kull tifel u tifla sa minn età bikrija.

Iċ-ċentru, li jilqa' tfal bejn it-3 xhur u t-3 snin, għandu kapaċità ta' 30 tifel u tifla u jifforma parti mill-Iskema ta' Childcare bla ħlas tal-Gvern. Permezz ta' tim ta' professjonisti, ser ikun qiegħed jibda t-triq edukattiva tat-tfal, filwaqt li jservi ta' appoġġ għall-ġenituri.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, żar dan iċ-ċentru fil-ftuħ tiegħu u qal kif kien dan il-Gvern li introduċa ċ-Childcare mingħajr ħlas u li sal-lum gawdew minnu eluf ta' familji u qegħdin igawdu eluf oħrajn. Spjega li llum iċ-childcare sar parti mill-vjaġġ edukattiv tat-tfal.

“L-ewwel snin tal-ħajja huma kruċjali għall-iżvilupp ta' kull tifel u tifla. Għalhekk irridu nkomplu ninvestu f'servizzi ta' kwalità li mhux biss jipprovdu l-aqwa ambjent, iżda wkoll ambjent li joffri tagħlim, jinkoraġġixxi l-kreattività, l-indipendenza u l-kunfidenza sa minn età bikrija. Fl-istess waqt, dawn is-servizzi jibqgħu sostenn importanti għall-familji u għall-ġenituri li jaħdmu," qal il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tagħha, is-sid taċ-ċentru, Marilyn Meli, qalet li l-viżjoni ta' Seba' Sema f'Kull Staġun hija li toffri ambjent ta' daqs iżgħar, fejn kull tifel u tifla jħossu sigur, apprezzat u mħeġġeġ jiżviluppa bil-pass tiegħu. Hija qalet li l-għan huwa li jinħoloq “dar 'il bogħod mid-dar", fejn il-ġenituri jħossuhom appoġġjati u kunfidenti li wliedhom qed jirċievu kura, edukazzjoni u attenzjoni tal-ogħla kwalità. Hija saħqet li, fejn jidħlu t-tfal, m'għandu jkun hemm l-ebda kompromess fil-livell tal-kura, l-edukazzjoni u l-imħabba li jingħataw.

F'dan iċ-ċentru t-tfal mhumiex esposti għall-iscreens, bil-għan li t-tfal ikunu mħeġġa jitgħallmu b'esperjenzi reali, il-logħob u billi jesploraw. Barra minn hekk, huwa mibni madwar kunċett uniku ispirat mill-erba' staġuni, b'kull spazju jirrifletti staġun differenti u joffri esperjenzi edukattivi adattati għall-età u l-iżvilupp tat-tfal. Il-ġenituri jibqgħu wkoll infurmati matul il-ġurnata permezz ta' sistema ta' komunikazzjoni li tipprovdi aġġornamenti kontinwi dwar l-esperjenzi u l-progress tat-tfal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ċentru ġdid għall-edukazzjoni bikrija jkompli jsaħħaħ is-servizzi għat-tfal u l-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ċentru ġdid għall-edukazzjoni bikrija jkompli jsaħħaħ is-servizzi għat-tfal u l-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ċentru ġdid għall-edukazzjoni bikrija jkompli jsaħħaħ is-servizzi għat-tfal u l-familji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow