Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tlestija tal-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa

pr261327
Date Icon 08/08/2026

L-ewwel fażi tal-proġett ta’ rinnovazzjoni u modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa tlestiet b’suċċess, b’investiment ta’ madwar €970,000, li jkompli jsaħħaħ il-kwalità tal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni anzjani residenti f’din il-faċilità. Inawguraw l-ewwel fażi tal-proġett id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Deo Debattista.

Id-Deputat Prim Ministru saħaq li, “Huwa dmir tal-Gvern li jiżgura li dawk il-persuni li tant ħadmu b’dedikazzjoni u taw sehemhom għall-iżvilupp ta’ pajjiżna, illum igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar u jgħixu b’dinjità u kumdità. Huwa għalhekk li qed ninvestu b’mod konkret fil-faċilitajiet residenzjali tagħna.”

“L-investiment ta’ kważi miljun ewro f’Dar il-Ġmiel, l-Imtarfa, huwa eżempju ċar tal-prijorità li qed nagħtu biex inkomplu nsaħħu s-servizzi għall-anzjani u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Mhux biss qed ninvestu f’faċilitajiet ġodda, iżda qed nimmodernizzaw u nimmassimizzaw ukoll dawk eżistenti, biex noħolqu ambjent aktar modern, sigur u aċċessibbli li joffri l-ogħla standards ta’ kura. Fl-istess waqt, qed inħarsu lejn il-futur permezz ta’ investimenti fl-innovazzjoni u fit-teknoloġija, biex il-kura tal-anzjani f’pajjiżna tibqa’ waħda ta’ eċċellenza,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Deo Debattista enfasizza li dan l-investiment huwa parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern sabiex il-persuni anzjani jgħixu f’ambjent modern, sigur, komdu u dinjituż. "L-anzjani tagħna jistħoqqilhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja. Dan l-investiment mhux biss ifisser bini rinovat, iżda investiment fil-benesseri, fis-sigurtà u fid-dinjità ta’ dawk li taw tant lis-soċjetà tagħna. Se nibqgħu naħdmu sabiex ir-residenzi tagħna jibqgħu jilħqu l-ogħla standards ta’ kwalità u kura."

Il-proġett twettaq f’fażijiet sabiex jibqgħu jiġu mogħtija s-servizzi, filwaqt li tnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq ir-residenti. Dan kien possibbli grazzi għall-ħidma koordinata tat-tim tal-Proġetti fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, flimkien mal-management, il-professjonisti, il-kuntratturi u l-ħaddiema kollha involuti.

Fost ix-xogħlijiet ewlenin li twettqu kien hemm rinnovazzjoni estensiva tal-kmamar tar-residenti u ż-żoni komuni, l-installazzjoni ta’ għamara u tagħmir ġdid, titjib fis-sistemi tal-elettriku, tal-ilma u tal-arja kkundizzjonata, aġġornament tas-sistemi tas-sigurtà inkluż fire alarm ġdid, CCTV u ġeneratur ta’ emerġenza, kif ukoll il-modernizzazzjoni tal-istazzjonijiet tal-infermiera u ż-żoni amministrattivi. Ġiet ukoll stabbilita Smart Care Demonstration Room li se sservi bħala spazju innovattiv għall-introduzzjoni u l-evalwazzjoni ta’ teknoloġija ġdida fil-kura tal-persuni anzjani.

Dr Borg u Dr Debattista rringrazzjaw lill-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Steve Agius, lit-tim tal-Proġetti, lill-management u lill-ħaddiema kollha li b’dedikazzjoni ħadmu sabiex il-proġett jitlesta b’suċċess, filwaqt li rringrazzjaw wkoll lir-residenti u lill-familji tagħhom tal-kooperazzjoni li wrew tul il-proċess kollu.

Huma tennew ukoll li dan il-proġett huwa xhieda tal-viżjoni tal-Gvern li jkompli jinvesti f’faċilitajiet residenzjali moderni u aċċessibbli, sabiex kull persuna anzjana tgawdi minn kura ta’ kwalità f’ambjent li jirrispetta d-dinjità u l-benesseri tagħha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tlestija tal-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tlestija tal-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tlestija tal-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tlestija tal-ewwel fażi tar-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Ġmiel fl-Imtarfa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow