AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment fih livelli eċċessivi ta' Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).
Tropane alkaloids huma grupp ta' sustanzi kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta' ċertu pjanti. Il-konsum ta' dawn il-kimiċi f'ammont eċċessiv jista' jkun tossiku għall-bniedem u l-annimali.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Pop Corn" | ||
| Ditta: | Snack day | ||
| Użin: | 120g | ||
| Numru Tal-Lott: | 26269 | ||
| Data tad-durabbiltà: | 16/12/26 |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922