Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Julianne Vella tinħatar United Nations Youth Delegate ta’ Malta

pr261321
Date Icon 06/08/2026

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ppreżenta ċ-Ċertifikat ta’ Ħatra lil Julianne Vella United Nations Youth Delegate ta’ Malta. Matul is-sentejn li ġejjin, hija se tirrappreżenta liż-żgħażagħ Maltin f’diversi fora internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda, filwaqt li twassal il-vuċi taż-żgħażagħ Maltin fid-diskussjonijiet dwar temi ta’ importanza globali. Hija se tingħaqad ma’ Samuel Camilleri Brincat, li ilu jservi bħala United Nations Youth Delegate ta’ Malta matul l-aħħar sena, sabiex flimkien ikomplu jirrappreżentaw il-perspettivi taż-żgħażagħ Maltin fuq livell internazzjonali.

Il-programm tal-United Nations Youth Delegate ilu jitħaddem f’Malta mill-2021 u kompla jissaħħaħ minn sena għall-oħra. Din is-sena attira rekord ta’ 31 applikazzjoni, li jirriflettu l-interess dejjem jikber taż-żgħażagħ Maltin biex jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet internazzjonali u jirrappreżentaw lil pajjiżhom fuq livell globali.

Il-Ministru Fearne spjega kif il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-politika barranija hija kruċjali sabiex il-vuċijiet tagħhom ikunu rappreżentati fid-deċiżjonijiet li qed jissawru llum. Huwa żied li permezz tal-programm tal-United Nations Youth Delegate, Malta qed tkompli tagħti opportunitajiet konkreti liż-żgħażagħ biex jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet internazzjonali u jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-fora tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Julianne Vella qalet li tħossha onorata li ngħatat din ir-responsabbiltà u li tħares ’il quddiem biex tirrappreżenta lill-Maltin żgħażagħ fuq livell internazzjonali. “Ninsab ħerqana nibda naħdem favur Malta billi nwassal il-vuċi taż-żgħażagħ Maltin fil-fora tan-Nazzjonijiet Magħquda u nikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-paċi, il-multilateraliżmu u d-djalogu.”

Julianne Vella għandha esperjenza fil-qasam tar-rappreżentanza żagħżugħa, il-governanza u l-kooperazzjoni internazzjonali. Bħalissa qed issegwi Master's fuq Data Science and Politics fil-University College Dublin u serviet f’diversi rwoli ma’ organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali taż-żgħażagħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Julianne Vella tinħatar United Nations Youth Delegate ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow